F'każijiet ta' teħid lura kif imsemmi fil-paragrafu 2, għandha tiġi preżentata notifika ġdida ħlief jekk l-awtoritajiet kompetenti konċernati jaqblu li tkun biżżejjed talba debitament motivata mill-awtorità kompetenti inizjali.
Għandha tiġi preżentata notifika ġdida, fejn din tkun adatta, min-notifikatur inizjali jew, jekk mhux prattikament possibbli, minn kwalunkwe mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi l-oħra identifikati skond il-punt 15 ta' l-Artikolu 2, jew jekk mhux prattikament possibbli mill-awtorità kompetenti inizjali tad-dispaċċ jew minn persuna fiżika jew ġuridika f'isimha.
Ebda awtorità kompetenti ma għandha topponi jew toġġezzjona għar-ritorn ta' skart minn vjeġġ li ma jistax jitkompla jew għall-operazzjoni relattiva ta' rkupru jew rimi.