+Artikolu 22 Teħid lura meta l-vjeġġ ma jistax jitkompla kif intiż
---+Artikolu 22 1.
---+Artikolu 22 2.
---+Artikolu 22 3.
---+Artikolu 22 4.
---+Artikolu 22 5.
---+Artikolu 22 6.
---+Artikolu 22 7.
---+Artikolu 22 8.
---+Artikolu 22 9.

Artikolu 22 Teħid lura meta l-vjeġġ ma jistax jitkompla kif intiż

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 22 1.
Fejn kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet kompetenti konċernati ssir taf li xi vjeġġ ta' skart, inkluż l-irkupru jew rimi tiegħu, ma jistax jiġi kompletat kif intiż skond it-termini tad-dokumenti tan-notifika u tal-moviment u/jew tal-kuntratt imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-punt 4 ta' l-Artikolu 4, u fl-Artikolu 5, hija għandha tinforma minnufih lill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ. Fejn xi impjant ta' rkupru jew ta' rimi ma jaċċettax vjeġġ riċevut, huwa għandu jinforma minnufih lill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni.
Artikolu 22 2.

L-awtorità kompetenti tad-dispaċċ għandha tiżgura, ħlief fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 3, li l-iskart in kwistjoni jittieħed lura fiż-żona ta' ġurisdizzjoni tagħha jew f'xi lok ieħor fil-pajjiż tad-dispaċċ min-notifikatur kif identifikat skond il-gradazzjoni stabbilita fil-punt 15 ta' l-Artikolu 2, jew jekk dan mhuwiex prattikament possibbli, minn dik l-awtorità kompetenti nnifisha jew minn persuna fiżika jew ġuridika f'isimha.

Dan għandu jsir fi żmien 90 jum, jew f'perjodu ieħor li jista' jiġi miftiehem bejn il-awtoritajiet kompetenti konċernati, wara li l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ issir taf jew tiġi avżata bil-miktub mill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni jew ta' transitu li l-vjeġġ ta' skart kunsentit jew l-irkupru jew ir-rimi tiegħu ma setax jiġi kompletat u ġiet informata dwar ir-raġuni(jiet) ta' dan. Tali avviż jista' jirriżulta minn informazzjoni preżentata lill-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ jew ta' transitu inter alia minn awtoritajiet kompetenti oħrajn.

Artikolu 22 3.

L-obbligu tat-tehid lura fil-paragrafu 2 ma għandux japplika jekk l-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ, ta' transitu u tad-destinazzjoni involuti fir-rimi jew fl-irkupru ta' l-iskart huma sodisfatti li l-iskart jista' jiġi rkuprat jew jintrema b'mod alternattiv fil-pajjiż tad-destinazzjoni jew x'imkien ieħor min-notifikatur jew, jekk mhux prattikament possibbli, mill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ jew minn persuna fiżika jew ġuridika f'isimha.

L-obbligi tat-teħid lura fil-paragrafu 2 ma għandux japplika jekk l-iskart trasportat kien, waqt l-operazzjoni fl-impjant konċernat, ġie mħallat b'mod irriversibbli ma' skart ieħor qabel ma' xi awtorità kompetenti konċernata setgħet saret taf bil-fatt li l-vjeġġ notifikat ma setax jitkompla kif imsemmi fil-paragrafu 1. Tali taħlita għandha tiġi rkuprata jew tintrema' b'mod alternattiv skond l-ewwel subparagrafu.

Artikolu 22 4.

F'każijiet ta' teħid lura kif imsemmi fil-paragrafu 2, għandha tiġi preżentata notifika ġdida ħlief jekk l-awtoritajiet kompetenti konċernati jaqblu li tkun biżżejjed talba debitament motivata mill-awtorità kompetenti inizjali.

Għandha tiġi preżentata notifika ġdida, fejn din tkun adatta, min-notifikatur inizjali jew, jekk mhux prattikament possibbli, minn kwalunkwe mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi l-oħra identifikati skond il-punt 15 ta' l-Artikolu 2, jew jekk mhux prattikament possibbli mill-awtorità kompetenti inizjali tad-dispaċċ jew minn persuna fiżika jew ġuridika f'isimha.

Ebda awtorità kompetenti ma għandha topponi jew toġġezzjona għar-ritorn ta' skart minn vjeġġ li ma jistax jitkompla jew għall-operazzjoni relattiva ta' rkupru jew rimi.

Artikolu 22 5.

F'każijiet ta' arranġamenti alternattivi barra l-pajjiż inizjali tad-destinazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 3, għandha tiġi preżentata notifika ġdida, meta din tkun rilevanti, min-notifikatur inizjali jew, jekk mhux prattikament possibbli, minn kwalunkwe mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi l-oħra identifikati skond il-punt 15 ta' l-Artikolu 2, jew, jekk mhux prattikament possibbli, mill-awtorità kompetenti inizjali tad-dispaċċ jew minn persuna fiżika jew ġuridika f'isimha.

Meta tali notifika ġdida tiġi preżentata min-notifikatur, din in-notifika għandha tiġi preżentata ukoll lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż inizjali tad-dispaċċ.

Artikolu 22 6.
F'każijiet ta' arranġamenti alternattivi fil-pajjiż inizjali tad-destinazzjoni kif msemmi fil-paragrafu 3, ma għandhiex tkun meħtieġa notifika ġdida u għandha tkun biżżejjed talba debitament motivata. Għandha tiġi trasmessa tali talba debitament motivata, sabiex jintlaħaq qbil dwar l-arranġament alternattiv, lill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni u tad-dispaċċ min-notifikatur inizjali jew, jekk mhux prattikament possibbli, lill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni mill-awtorità kompetenti inizjali tad-dispaċċ.
Artikolu 22 7.

Jekk l-ebda notifika ġdida m'għandha tkun preżentata skond il-paragrafu 4 jew il-paragrafu 6, għandu jimtela' dokument ta' moviment ġdid skond l-Artikolu 15 jew l-Artikolu 16 min-notifikatur inizjali jew, jekk mhux prattikament possibbli, minn kwalunkwe mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi l-oħra identifikati skond il-punt 15 ta' l-Artikolu 2, jew jekk mhux prattikament possibbli mill-awtorità kompetenti inizjali tad-destinazzjoni jew minn persuna fiżika jew ġuridika f'isimha.

Jekk tiġi preżentata notifika ġdida mill-awtorità kompetenti inizzjali tad-dispaċċ skond il-paragrafu 4 jew il-paragrafu 5, ma għandhiex tkun rekwiżita garanzija finanzjarja ġdida jew assigurazzjoni ekwivalenti.

Artikolu 22 8.

L-obbligu tan-notifikatur u l-obbligu sussidjarju tal-pajjiż tad-dispaċċ li jieħdu l-iskart lura jew jirranġaw għal irkupru jew rimi alternattiv għandu jintemm hekk kif l-impjant joħroġ iċ-ċertifikat ta' l-irkupru jew tar-rimi mhux temporanju kif msemmi fl-Artikolu 16(e) jew, fejn ikun adatt, fl-Artikolu 15(e). F'każijiet ta' rkupru jew ta' rimi temporanju msemmi fl-Artikolu 6(6), l-obbligu sussidjarju tal-pajjiż tad-dispaċċ għandu jintemm meta l-impjant joħroġ iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 15(d).

Jekk l-impjant joħroġ ċertifikat ta' l-irkupru jew tar-rimi b'tali mod li jirriżulta fi vjeġġ illegali, bil-konswegenza li tiġi terminata l-garanzija finanzjarja, għandhom japplikaw l-Artikolu 24(3) u l-Artikolu 25(2).

Artikolu 22 9.
Meta jiġi skopert, fi Stat Membru, skart minn vjeġġ li ma jistax jiġi kompletat, inkluż l-irkupru u r-rimi tiegħu, l-awtorità kompetenti b'ġurisdizzjoni fiż-żona fejn l-iskart kien skopert għandha tkun responsabbli sabiex tiżgura li jsiru arranġamenti għad-depożitu protettiv ta' l-iskart sakemm isir ir-ritorn tiegħu jew l-irkupru jew ir-rimi mhux temporanju tiegħu b'mod alternattiv.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1013
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.