Jekk l-ebda notifika ġdida m'għandha tkun preżentata skond il-paragrafu 4 jew il-paragrafu 6, għandu jimtela' dokument ta' moviment ġdid skond l-Artikolu 15 jew l-Artikolu 16 min-notifikatur inizjali jew, jekk mhux prattikament possibbli, minn kwalunkwe mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi l-oħra identifikati skond il-punt 15 ta' l-Artikolu 2, jew jekk mhux prattikament possibbli mill-awtorità kompetenti inizjali tad-destinazzjoni jew minn persuna fiżika jew ġuridika f'isimha.
Jekk tiġi preżentata notifika ġdida mill-awtorità kompetenti inizzjali tad-dispaċċ skond il-paragrafu 4 jew il-paragrafu 5, ma għandhiex tkun rekwiżita garanzija finanzjarja ġdida jew assigurazzjoni ekwivalenti.