+Artikolu 24 Teħid lura meta vjeġġ ikun illegali
---+Artikolu 24 1.
---+Artikolu 24 2.
---+Artikolu 24 3.
---+Artikolu 24 4.
---+Artikolu 24 5.
---+Artikolu 24 6.
---+Artikolu 24 7.
---+Artikolu 24 8.
---+Artikolu 24 9.
---+Artikolu 24 10.

Artikolu 24 Teħid lura meta vjeġġ ikun illegali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 24 1.
Fejn xi awtorità kompetenti tiskopri vjeġġ li hija tikkunsidra bħala vjeġġ illegali, hija għandha tinforma minnufih lill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn konċernati.
Artikolu 24 2.

Jekk ir-responsabbiltà ta' vjeġġ illegali tkun tan-notifikatur, l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ għandha tiżgura li l-iskart in kwistjoni jiġi:

(a) 

meħud lura min-notifikatur de facto; jew, jekk ebda notifika ma tkun ġiet preżentata;

(b) 

meħud lura min-notifikatur de iure; jew, jekk mhux prattikament possibbli,

(ċ) 

meħud lura mill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ innifisha jew minn persuna fiżika jew ġuridika f'isimha; jew, jekk mhux prattikament possibbli,

(d) 

alternattivament irkuprat jew mormi fil-pajjiż tad-destinazzjoni jew tad-dispaċċ mill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ innifisha jew minn persuna fiżika jew ġuridika f'isimha; jew, jekk mhux prattikament possibbli,

(e) 

alternattivament irkuprat jew mormi f'pajjiż ieħor mill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ innifisha jew minn persuna fiżika jew ġuridika f'isimha jekk l-awtoritajiet kompetenti kollha konċernati jaqblu.

Dan it-teħid lura, rimi jew irkupru għandu jseħħ fi żmien 30 jum, jew f'perjodu ieħor li jista' jiġi miftiehem bejn l-awtoritajiet kompetenti konċernati, minn meta l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ issir taf jew kienet avżata bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti tad-destinazzjoni jew transitu bil-vjeġġ illegali u tiġi informata bir-raġuni(jiet) għalih. Tali avviż jista' jirriżulta minn informazzjoni preżentata lill-awtoritajiet kompetenti tad-destinazzjoni jew transitu inter alia minn awtoritajiet kompetenti oħrajn.

F'każijiet ta' teħid lura kif imsemmi f'(a), (b) u (ċ), għandha tiġi preżentata notifika ġdida, ħlief jekk l-awtoritajiet kompetenti konċernati jaqblu li tkun biżżejjed talba debitament motivata mill-awtorità kompetenti inizjali tad-dispaċċ.

In-notifika ġdida għandha tiġi preżentata mill-persuna jew awtorità elenkata f'(a), (b) jew (ċ) u skond dik l-ordni gradata.

L-ebda awtorità kompetenti ma għandha topponi jew toġġezzjona għar-ritorn ta' skart minn vjeġġ illegali. Fil-każ ta' arranġamenti alternattivi kif imsemmija f'(d) u (e) mill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ, għandha tiġi preżentata notifika ġdida mill-awtorità kompetenti inizjali tad-dispaċċ jew minn persuna fiżika jew ġuridika f'isimha sakemm l-awtoritajiet kompetenti konċernati ma jaqblux li hija suffiċjenti talba debitament motivata minn dik l-awtorità.

Artikolu 24 3.

Jekk ir-responsabbiltà tal-vjeġġ illegali hija tad-destinatarju, l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni għandha tiżgura li l-iskart in kwistjoni jiġi rkuprat jew mormi b'mod ambjentalment san:

(a) 

mid-destinatarju; jew, jekk mhux prattikament possibbli,

(b) 

mill-awtorità kompetenti nnifisha jew minn persuna fiżika jew ġuridika f'isimha.

Dan l-irkupru jew rimi għandu jsir fi żmien 30 jum jew f'perjodu ieħor li jista' jiġi miftiehem bejn l-awtoritajiet kompetenti konċernati minn meta l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni issir taf jew tiġi mgħarrfa bil-miktub mill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ jew tat-transitu bil-vjeġġ illegali u tiġi informata bir-raġunijiet għal dan. Tali avviż jista' jirriżulta minn informazzjoni preżentata lill-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ u tat-transitu inter alia minn awtoritajiet kompetenti oħrajn.

Għal dan il-għan, l-awtoritajiet kompetenti konċernati għandhom jikkoperaw, kif meħtieġ, fl-irkupru jew rimi ta' l-iskart.

Artikolu 24 4.

Jekk m'għandha tkun preżentata l-ebda notifika ġdida, għandu jimtela' dokument ta' moviment ġdid skond l-Artikolu 15 jew 16 mill-persuna responsabbli għat-teħid lura jew, jekk mhux prattikament possibbli, mill-awtorità kompetenti inizjali tad-dispaċċ.

Jekk tiġi preżentata notifika ġdida mill-awtorità kompetenti inizjali tad-dispaċċ, ma għandhiex tkun meħtieġa garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti ġdida.

Artikolu 24 5.
Partikolarment fil-każijiet fejn ir-responsabbiltà tal-vjeġġ illegali ma tistax tiġi imputata lin-notifikatur jew lid-destinatarju, l-awtoritajiet kompetenti konċernati għandhom jikkooperaw sabiex jiżguraw li l-iskart in kwistjoni jiġi rkuprat jew mormi.
Artikolu 24 6.

Fil-każijiet ta' rkupru jew ta' rimi temporanju msemmija fl-Artikolu 6(6) fejn jiġi skopert vjeġġ illegali wara t-tlestija ta' l-operazzjoni ta' rkupru jew rimi temporanju, l-obbligu sussidjarju tal-pajjiż tad-dispaċċ li jieħu l-iskart lura jew jirranġa għall-irkupru jew għar-rimi alternattiv għandu jintemm meta l-impjant ikun ħareġ iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 15(d).

Jekk l-impjant joħroġ ċertifikat ta' rkupru jew rimi b'tali mod li jirriżulta fi vjeġġ illegali, bil-konsegwenza li tiġi terminata l-garanzija finanzjarja, għandhom japplikaw il-paragrafu 3 u l-Artikolu 25(2).

Artikolu 24 7.
Fejn jiġi skopert skart ta' vjeġġ illegali fi Stat Membru, l-awtorità kompetenti b'ġurisdizzjoni fiż-żona fejn l-iskart kien skopert għandha tkun responsabbli sabiex tiżgura li jsiru arranġamenti għad-depożitu protettiv ta' l-iskart sakemm isir ir-ritorn tiegħu jew sa l-irkupru jew rimi mhux temporanju b'mod alternattiv.
Artikolu 24 8.
L-Artikoli 34 u 36 ma għandhomx japplikaw f'każijiet fejn vjeġġi illegali jiġu ritornati lejn il-pajjiż tad-dispaċċ u dak il-pajjiż tad-dispaċċ huwa pajjiz kopert mill-projbizzjonijiet stabbiliti f'dawk l-Artikoli.
Artikolu 24 9.
F'każ ta' vjeġġ illegali kif definit fil-punt 35(g) ta' l-Artikolu 2, il-persuna li torganizza l-vjeġġ għandha tkun suġġetta għall-istess obbligi stabbiliti f'dan l-Artikolu bħan-notifikatur.
Artikolu 24 10.
Dan l-Artikolu għandu japplika mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet Komunitarji u nazzjonali dwar ir-responsabbiltà.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1013
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.