|
+Artikolu 24 2. |
Artikolu 24 2.Jekk ir-responsabbiltà ta' vjeġġ illegali tkun tan-notifikatur, l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ għandha tiżgura li l-iskart in kwistjoni jiġi:
(a)
meħud lura min-notifikatur de facto; jew, jekk ebda notifika ma tkun ġiet preżentata;
(b)
meħud lura min-notifikatur de iure; jew, jekk mhux prattikament possibbli,
(ċ)
meħud lura mill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ innifisha jew minn persuna fiżika jew ġuridika f'isimha; jew, jekk mhux prattikament possibbli,
(d)
alternattivament irkuprat jew mormi fil-pajjiż tad-destinazzjoni jew tad-dispaċċ mill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ innifisha jew minn persuna fiżika jew ġuridika f'isimha; jew, jekk mhux prattikament possibbli,
(e)
alternattivament irkuprat jew mormi f'pajjiż ieħor mill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ innifisha jew minn persuna fiżika jew ġuridika f'isimha jekk l-awtoritajiet kompetenti kollha konċernati jaqblu. Dan it-teħid lura, rimi jew irkupru għandu jseħħ fi żmien 30 jum, jew f'perjodu ieħor li jista' jiġi miftiehem bejn l-awtoritajiet kompetenti konċernati, minn meta l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ issir taf jew kienet avżata bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti tad-destinazzjoni jew transitu bil-vjeġġ illegali u tiġi informata bir-raġuni(jiet) għalih. Tali avviż jista' jirriżulta minn informazzjoni preżentata lill-awtoritajiet kompetenti tad-destinazzjoni jew transitu inter alia minn awtoritajiet kompetenti oħrajn. F'każijiet ta' teħid lura kif imsemmi f'(a), (b) u (ċ), għandha tiġi preżentata notifika ġdida, ħlief jekk l-awtoritajiet kompetenti konċernati jaqblu li tkun biżżejjed talba debitament motivata mill-awtorità kompetenti inizjali tad-dispaċċ. In-notifika ġdida għandha tiġi preżentata mill-persuna jew awtorità elenkata f'(a), (b) jew (ċ) u skond dik l-ordni gradata. L-ebda awtorità kompetenti ma għandha topponi jew toġġezzjona għar-ritorn ta' skart minn vjeġġ illegali. Fil-każ ta' arranġamenti alternattivi kif imsemmija f'(d) u (e) mill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ, għandha tiġi preżentata notifika ġdida mill-awtorità kompetenti inizjali tad-dispaċċ jew minn persuna fiżika jew ġuridika f'isimha sakemm l-awtoritajiet kompetenti konċernati ma jaqblux li hija suffiċjenti talba debitament motivata minn dik l-awtorità. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|