+Artikolu 26 Format tal-komunikazzjonijiet
---+Artikolu 26 1.
---+Artikolu 26 2.
---+Artikolu 26 3.
---+Artikolu 26 4.
|
Artikolu 26 Format tal-komunikazzjonijiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 26 1.
|
L-informazzjoni u d-dokumenti elenkati hawn taħt jistgħu jiġu preżentati bil-posta:
(a)
notifika ta' vjeġġ ippjanat skond l-Artikoli 4 u 13;
(b)
talba għal informazzjoni u dokumentazzjoni skond l-Artikoli 4, 7 u 8;
(ċ)
preżentazzjoni ta' informazzjoni u dokumentazzjoni skond l-Artikoli 4, 7 u 8;
(d)
kunsens bil-miktub għal vjeġġ notifikat skond l-Artikolu 9;
(e)
kondizzjonijiet għal vjeġġ skond l-Artikolu 10;
(f)
oġġezzjonijiet għal vjeġġ skond l-Artikoli 11 u 12;
(g)
informazzjoni dwar deċiżjonijiet tal-ħruġ ta' pre-kunsensi lil impjanti speċifiċi ta' rkupru skond l-Artikolu 14(3);
(h)
konferma bil-miktub tar-riċezzjoni ta' l-iskart skond l-Artikoli 15 u 16;
(i)
ċertifikat għall-irkupru jew għar-rimi ta' l-iskart skond l-Artikoli 15 u 16;
(j)
informazzjoni minn qabel dwar il-bidu fattwali tal-vjeġġ skond l-Artikolu 16;
(k)
informazzjoni dwar bidliet fil-vjeġġ wara l-għoti tal-kunsens skond l-Artikolu 17; u
(l)
kunsensi bil-miktub u dokumenti ta' moviment li għandhom jiġu trasmessi skond it-Titoli IV, V u VI.
|
|
Artikolu 26 2.
|
Suġġett għall-ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti konċernati u n-notifikatur, id-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu alternittavement jiġu preżentati bl-użu ta' xi wieħed mill-mezzi ta' komunikazzjoni li ġejjin:
(b)
bil-fax u wara bil-posta; jew
(ċ)
bl-e-mail bil-firma diġitali. F'dan il-każ, kull timbru jew firma rekwiżita għandha tiġi sostitwita bil-firma diġitali; jew
(d)
bl-e-mail mingħajr firma diġitali u wara bil-posta.
|
|
Artikolu 26 3.
|
Id-dokumenti li jakkumpanjaw kull vjeġġ skond l-Artikolu 16(ċ) u l-Artikolu 18 jistgħu jkunu f'forma elettronika b'firem diġitali jekk ikunu jistgħu jinqraw f'kull ħin matul it-trasport u jekk dan huwa aċċettabbli għall-awtoritajiet kompetenti konċernati.
|
|
Artikolu 26 4.
|
Soġġett għall-ftehim mill-awtoritajiet kompetenti konċernati u min-notifikatur, l-informazzjoni u d-dokumenti elenkati fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu preżentati u skambjati permezz ta’ skambju tad-data elettronika bil-firma elettronika jew bl-awtentikazzjoni elettronika skont id-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
9
), jew permezz ta’ sistema komparabbli ta’ awtentikazzjoni elettronika li tipprovdi l-istess livell ta’ sigurtà. Bil-ħsieb li tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha, fejn fattibbli, tadotta l-atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-rekwiżiti tekniċi u organizzattivi għall-implimentazzjoni prattika tal-iskambju tad-data elettronika għall-preżentazzjoni tad-dokumenti u tal-informazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tqis kwalunkwe standard internazzjonali rilevanti, u tiżgura li r-rekwiżiti huma f’konformità mad-Direttiva 1999/93/KE, jew tipprovdi tal-anqas l-istess livell ta’ sigurtà kif provdut taħt dik id-Direttiva. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 59a(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1013
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|