+Artikolu 35 Proċeduri applikabbli fl-esportazzjoni lejn pajjiżi ta' l-EFTA
---+Artikolu 35 1.
---+Artikolu 35 2.
---+Artikolu 35 3.
---+Artikolu 35 4.
---+Artikolu 35 5.
---+Artikolu 35 6.
|
Artikolu 35 Proċeduri applikabbli fl-esportazzjoni lejn pajjiżi ta' l-EFTA
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 35 1.
|
Fejn jiġi esportat skart mill-Komunità u jiġi destinat għar-rimi f'pajjiżi ta' l-EFTA li jkunu Partijiet għall-Konvenzjoni ta' Basel, id-dispożizzjonijiet tat-Titolu II għandhom japplikaw mutatis mutandis bl-adattamenti u ż-żidiet elenkati fil-paragrafi 2 u 3.
|
|
Artikolu 35 2.
|
L-adattamenti li ġejjin għandhom japplikaw:
(a)
l-awtorità kompetenti ta' transitu barra l-Komunità għandha jkollha 60 jum wara d-data tat-trażmissjoni ta' l-att ta' rikonoxximent tar-riċezzjoni tan-notifika, sabiex titlob informazzjoni addizzjonali dwar il-vjeġġ notifikat, sabiex tipprovdi, jekk l-pajjiż konċernat iddeċieda li ma jitlobx kunsens bil-miktub minn qabel u informa lill-Partijiet l-oħrajn b'dan skond Artikolu 6(4) tal-Konvenzjoni ta' Basel, kunsens taċitu jew tagħti kunsens bil-miktub bi jew mingħajr kondizzjonijiet; u
(b)
l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ fil-Komunità għandha tieħu d-deċiżjoni li tikkonsenta għall-vjeġġ kif imsemmi fl-Artikolu 9 biss wara li tkun irċeviet kunsens bil-miktub mingħand l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni u fejn ikun il-każ il-kunsens taċitu jew bil-miktub ta' l-awtorità kompetenti ta' transitu barra l-Komunità u mhux qabel 61 jum wara d-data tat-trażmissjoni ta' l-att ta' rikonoxximent ta' l-awtorità kompetenti ta' transitu. L-awtorità kompetenti tad-dispaċċ tista' tieħu d-deċiżjoni qabel għeluq il-limitu ta' 61 jum jekk għandha l-kunsens bil-miktub ta' l-awtoritajiet kompetenti oħra konċernati.
|
|
Artikolu 35 3.
|
Id-dispożizzjonijiet addizzjonali li ġejjin għandhom japplikaw:
(a)
l-awtorità kompetenti ta' transitu fil-Komunità għandha tirrikonoxxi r-riċezzjoni tan-notifika lin-notifikatur;
(b)
l-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ u, fejn ikun il-każ, ta' transitu fil-Komunità għandhom jibagħtu kopja ttimbrata tad-deċiżjonijiet tagħhom li jikkonsentixxu għall-vjeġġ lill-uffiċċju doganali ta' l-esportazzjoni u lill-uffiċċju doganali tal-ħruġ mill-Komunità;
(ċ)
għandha tingħata kopja tad-dokument tal-moviment mit-trasportatur lill-uffiċċju doganali ta' l-esportazzjoni u lill-uffiċċju doganali tal-ħruġ mill-Komunità;
(d)
hekk kif l-iskart ikun telaq mill-Komunità, l-uffiċċju doganali tal-ħruġ mill-Komunità għandu jibgħat kopja ttimbrata tad-dokument tal-moviment lill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ fil-Komunità bl-attestazzjoni fih li l-iskart ikun telaq mill-Komunità;
(e)
jekk, 42 jum wara li l-iskart ikun telaq mill-Komunità, l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ fil-Komunità ma tkun irċeviet l-ebda informazzjoni mill-impjant dwar ir-riċezzjoni ta' l-iskart, hija għandha mingħajr dewmien tinforma lill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni; u
(f)
il-kuntratt imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-punt 4 ta' l-Artikolu 4 u fl-Artikolu 5 għandu jistipula li:
(i)
jekk impjant joħroġ ċertifikat mhux korrett ta' rimi bil-konsegwenza li tiġi terminata l-garanzija finanzjarja, id-destinatarju għandu jħallas l-ispejjeż li jiġu mill-obbligu tar-ritorn ta' l-iskart lejn iż-żona ta' ġurisdizzjoni ta' l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ u l-ispejjeż ta' l-irkupru jew tar-rimi tiegħu b'mod alternattiv u ambjentalment san;
(ii)
fi żmien tlett ijiem mir-riċezzjoni ta' l-iskart għar-rimi, l-impjant għandu jibgħat kopji ffirmati tad-dokument tal-moviment mimli, barra ċ-ċertifikat ta' rimi msemmi fis-subpunt (iii), lin-notifikatur u lill-awtoritajiet kompetenti konċernati; u
(iii)
malajr kemm jista' jkun iżda mhux aktar tard minn tletin jum wara l-kompletament tar-rimi, u mhux aktar tard minn sena waħda kalendarja wara r-riċezzjoni ta' l-iskart, l-impjant għandu, b'responsabbiltà tiegħu, jiċċertifika li r-rimi ġie kompletat u għandu jibgħat kopji ffirmati tad-dokument tal-moviment lin-notifikatur u lill-awtoritajiet kompetenti konċernati.
|
|
Artikolu 35 4.
|
Il-vjeġġ jista' jsir biss jekk:
(a)
in-notifikatur ikun irċieva kunsens bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ, tad-destinazzjoni u, fejn ikun il-każ, tat-transitu barra l-Komunità u jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti ġew sodisfatti;
(b)
ġie konkluż kuntratt li jkun sar effettiv bejn in-notifikatur u d-destinatarju kif rekwiżit fit-tieni subparagrafu tal-punt 4 ta' l-Artikolu 4, u fl-Artikolu 5;
(ċ)
ġiet stabbilita garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti li tkun saret effettiva kif rekwiżit fit-tieni subparagrafu tal-punt 5 ta' l-Artikolu 4, u fl-Artikolu 6; u
(d)
ġie żgurat l-immaniġġar ambjentalment san kif imsemmi fl-Artikolu 49.
|
|
Artikolu 35 5.
|
Fejn jiġi esportat skart, dan għandu jiġi destinat għal operazzjonijiet f'impjant li skond l-liġi nazzjonali applikabbli jopera jew huwa awtorizzat li jopera fil-pajjiż tad-destinazzjoni.
|
|
Artikolu 35 6.
|
Jekk uffiċċju doganali ta' l-esportazzjoni jew uffiċċju doganali tal-ħruġ mill-Komunità jiskopri vjeġġ illegali, huwa għandu bla dewmien jinforma lill-awtorità kompetenti fil-pajjiż ta' l-uffiċċju doganali li għandu:
(a)
bla dewmien jinforma lill-awtorità tad-dispaċċ fil-Komunità, u
(b)
jiżgura ż-żamma ta' l-iskart sakemm l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ ma tkunx iddeċidiet mod ieħor u kkomunikat dik id-deċiżjoni bil-miktub lill-awtorità kompetenti fil-pajjiż ta' l-uffiċċju doganali li fih ikun miżmum l-iskart.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1013
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|