|
+Artikolu 35 3. |
Artikolu 35 3.Id-dispożizzjonijiet addizzjonali li ġejjin għandhom japplikaw:
(a)
l-awtorità kompetenti ta' transitu fil-Komunità għandha tirrikonoxxi r-riċezzjoni tan-notifika lin-notifikatur;
(b)
l-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ u, fejn ikun il-każ, ta' transitu fil-Komunità għandhom jibagħtu kopja ttimbrata tad-deċiżjonijiet tagħhom li jikkonsentixxu għall-vjeġġ lill-uffiċċju doganali ta' l-esportazzjoni u lill-uffiċċju doganali tal-ħruġ mill-Komunità;
(ċ)
għandha tingħata kopja tad-dokument tal-moviment mit-trasportatur lill-uffiċċju doganali ta' l-esportazzjoni u lill-uffiċċju doganali tal-ħruġ mill-Komunità;
(d)
hekk kif l-iskart ikun telaq mill-Komunità, l-uffiċċju doganali tal-ħruġ mill-Komunità għandu jibgħat kopja ttimbrata tad-dokument tal-moviment lill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ fil-Komunità bl-attestazzjoni fih li l-iskart ikun telaq mill-Komunità;
(e)
jekk, 42 jum wara li l-iskart ikun telaq mill-Komunità, l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ fil-Komunità ma tkun irċeviet l-ebda informazzjoni mill-impjant dwar ir-riċezzjoni ta' l-iskart, hija għandha mingħajr dewmien tinforma lill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni; u
(f)
il-kuntratt imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-punt 4 ta' l-Artikolu 4 u fl-Artikolu 5 għandu jistipula li:
(i)
jekk impjant joħroġ ċertifikat mhux korrett ta' rimi bil-konsegwenza li tiġi terminata l-garanzija finanzjarja, id-destinatarju għandu jħallas l-ispejjeż li jiġu mill-obbligu tar-ritorn ta' l-iskart lejn iż-żona ta' ġurisdizzjoni ta' l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ u l-ispejjeż ta' l-irkupru jew tar-rimi tiegħu b'mod alternattiv u ambjentalment san;
(ii)
fi żmien tlett ijiem mir-riċezzjoni ta' l-iskart għar-rimi, l-impjant għandu jibgħat kopji ffirmati tad-dokument tal-moviment mimli, barra ċ-ċertifikat ta' rimi msemmi fis-subpunt (iii), lin-notifikatur u lill-awtoritajiet kompetenti konċernati; u
(iii)
malajr kemm jista' jkun iżda mhux aktar tard minn tletin jum wara l-kompletament tar-rimi, u mhux aktar tard minn sena waħda kalendarja wara r-riċezzjoni ta' l-iskart, l-impjant għandu, b'responsabbiltà tiegħu, jiċċertifika li r-rimi ġie kompletat u għandu jibgħat kopji ffirmati tad-dokument tal-moviment lin-notifikatur u lill-awtoritajiet kompetenti konċernati. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|