+Artikolu 37 Proċeduri applikabbli fl- esportazzjoni ta' skart elenkat fl-Annessi III jew IIIA
---+Artikolu 37 1.
---+Artikolu 37 2.
---+Artikolu 37 3.
---+Artikolu 37 4.
---+Artikolu 37 5.
|
Artikolu 37 Proċeduri applikabbli fl- esportazzjoni ta' skart elenkat fl-Annessi III jew IIIA
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 37 1.
|
Fil-każ ta'skart li huwa elenkat fl-Anness III jew IIIA u li l-esportazzjoni tiegħu mhijiex projbita taħt l-Artikolu 36, il-Kummissjoni għandha, fi żmien 20 jum mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, tibgħat talba bil-miktub lil kull pajjiż li għalih ma tapplikax id-Deċiżjoni ta' l-OECD, sabiex titlob:
(i)
konferma bil-miktub li l-iskart jista' jiġi esportat mill-Komunità għall-irkupru f'dak il-pajjiż; u
(ii)
titlob indikazzjoni dwar liema proċedura ta' kontroll, jekk hemm, tiġi segwita fil-pajjiż tad-destinazzjoni.
Kull pajjiz li għalih ma tapplikax id-Deċiżjoni ta' l-OECD għandu jingħata dawn l-għażliet:
(b)
proċedura ta' notifika bil-miktub minn qabel u ta' kunsens kif deskritt fl-Artikolu 35; jew
(ċ)
ebda kontroll fil-pajjiż tad-destinazzjoni.
|
|
Artikolu 37 2.
|
Qabel id-data ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tadotta Regolament wara li tieħu kont tat-tweġibiet kollha li rċeviet skond il-paragrafu 1 u għandha tinforma l-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2006/12/KE.
Fil-każ li xi pajjiż ma jkunx ħareġ konferma kif imsemmi fil-paragrafu 1 jew fil-każ li ma sar ebda kuntatt ma' xi pajjiż għal xi raġuni, għandu japplika l-paragrafu 1(b).
Il-Kummissjoni għandha taġġorna perjodikament ir-Regolament adottat.
|
|
Artikolu 37 3.
|
Jekk pajjiż jindika fit-tweġiba tiegħu li ċerti vjeġġi ta' skart mhumiex suġġetti għal xi kontroll, għal tali vjeġġi għandu japplika l-Artikolu 18 mutatis mutandis.
|
|
Artikolu 37 4.
|
Fejn jiġi esportat skart, huwa għandu jiġi destinat għal operazzjonijiet ta' rkupru f'impjant li, taħt il-liġi nazzjonali applikabbli, jopera jew huwa awtorizzat jopera fil-pajjiż tad-destinazzjoni.
|
|
Artikolu 37 5.
|
Fil-każ ta' vjeġġ ta' skart mhux klassifikat taħt entrata waħda fl-Anness III jew ta' vjeġġ ta' taħlitiet ta' skart mhux klassifikat taħt entrata waħda fl-Anness III jew IIIA jew ta' vjeġġ ta' skart klassifikat fl-Anness IIIB u sakemm l-esportazzjoni mhijiex projbita skond l-Artikolu 36, għandu japplika l-paragrafu 1(b) ta' dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1013
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|