+Artikolu 42 Rekwiżiti proċedurali għall-importazzjoni minn xi pajjiż Parti għall-Konvenzjoni ta' Basel jew minn xi żoni oħrajn f'sitwazzjonijiet ta' kriżi jew ta' gwerra
---+Artikolu 42 1.
---+Artikolu 42 2.
---+Artikolu 42 3.
---+Artikolu 42 4.
---+Artikolu 42 5.

Artikolu 42 Rekwiżiti proċedurali għall-importazzjoni minn xi pajjiż Parti għall-Konvenzjoni ta' Basel jew minn xi żoni oħrajn f'sitwazzjonijiet ta' kriżi jew ta' gwerra

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 42 1.
Fejn jiġi importat skart fil-Komunità u jiġi destinat għar-rimi minn pajjiżi Partijiet għall-Konvenzjoni ta' Basel, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tat-Titolu II mutatis mutandis bl-adattamenti u ż-żidiet elenkati fil-paragrafi 2 u 3.
Artikolu 42 2.

L-adattamenti li ġejjin għandhom japplikaw:

(a) 

l-awtorità kompetenti ta' transitu barra l-Komunità għandha jkollha 60 jum mid-data tat-trażmissjoni ta' l-att tar-rikonoxximent tagħha tar-riċezzjoni tan-notifika, sabiex titlob informazzjoni addizzjonali dwar il-vjeġġ notifikat, sabiex tipprovdi, jekk il-pajjiż konċernat iddeċieda li ma jitlobx kunsens bil-miktub minn qabel u informa lill-Partijiet l-oħrajn b'dan skond l-Artikolu 6(4) tal-Konvenzjoni ta' Basel, kunsens taċitu jew tagħti kunsens bil-miktub bi jew mingħajr kondizzjonijiet; u

(b) 

fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 41(1)(d) li jinvolvu sitwazzjonijiet ta' kriżi, ta' stabbiliment tal-paċi, taż-żamma tal-paċi jew ta' gwerra, il-kunsens ta' l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ ma għandux ikun meħtieġ.

Artikolu 42 3.

Dawn id-dispożizzjonijiet addizzjonali għandhom japplikaw:

(a) 

l-awtorità kompetenti ta' transitu fil-Komunità għandha tirrikonoxxi r-riċezzjoni tan-notifika lin-notifikatur, b'kopji mibgħuta lill-awtoritajiet kompetenti konċernati;

(b) 

l-awtoritajiet kompetenti tad-destinazzjoni u, fejn ikun il-każ, ta' transitu fil-Komunità għandhom jibagħtu kopja ttimbrata tad-deċiżjoni tagħhom li jikkonsentixxu għall-vjeġġ lill-uffiċċju doganali tad-dħul fil-Komunità;

(ċ) 

kopja tad-dokument ta' moviment għandha tingħata mit-trasportatur lill-uffiċċju doganali tad-dħul fil-Komunità; u

(d) 

wara li jagħmel il-formalitajiet doganali meħtieġa, l-uffiċċju doganali tad-dħul fil-Komunità għandu jibgħat kopja ittimbrata tad-dokument tal-moviment lill-awtoritajiet kompetenti tad-destinazzjoni u ta' transitu fil-Komunità, bl-attestazzjoni li l-iskart daħal fil-Komunità.

Artikolu 42 4.

Il-vjeġġ jista' jsir biss jekk:

(a) 

in-notifikatur ikun irċieva kunsens bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ, tad-destinazzjoni u, fejn ikun il-każ, ta' transitu u jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti jiġu sodisfatti;

(b) 

ġie konkluż kuntratt li jkun sar effettiv bejn in-notifikatur u d-destinatarju kif meħtieġ fit-tieni subparagrafu tal-punt 4 ta' l-Artikoli 4 u fl-Artikolu 5;

(ċ) 

ġiet stabbilita garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti, li tkun saret effettiva kif meħtieġ fit-tieni subparagrafu tal-punt 5 ta' l-Artikolu 4 u fl-Artikolu 6; u

(d) 

jiġi żgurat l-immaniġġar ambjentalment san, kif imsemmi fl-Artikolu 49.

Artikolu 42 5.

Jekk xi uffiċċju doganali tad-dħul fil-Komunità jiskopri vjeġġ illegali, huwa għandu mingħar dewmien jinforma l-awtorità kompetenti fil-pajjiż ta' l-uffiċċju doganali, liema awtorità għandha:

(a) 

mingħajr dewmien tinforma lill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni fil-Komunità li tinforma l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ barra l-Komunità; u

(b) 

tiżgura ż-żamma ta' l-iskart sakemm l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ barra l-Komunità ma tkunx iddeċidiet mod ieħor u ikkomunikat dik id-deċiżjoni bil-miktub lill-awtorità kompetenti fil-pajjiż ta' l-uffiċċju doganali li fih ikun miżmum l-iskart.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1013
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.