|
+Artikolu 42 3. |
Artikolu 42 3.Dawn id-dispożizzjonijiet addizzjonali għandhom japplikaw:
(a)
l-awtorità kompetenti ta' transitu fil-Komunità għandha tirrikonoxxi r-riċezzjoni tan-notifika lin-notifikatur, b'kopji mibgħuta lill-awtoritajiet kompetenti konċernati;
(b)
l-awtoritajiet kompetenti tad-destinazzjoni u, fejn ikun il-każ, ta' transitu fil-Komunità għandhom jibagħtu kopja ttimbrata tad-deċiżjoni tagħhom li jikkonsentixxu għall-vjeġġ lill-uffiċċju doganali tad-dħul fil-Komunità;
(ċ)
kopja tad-dokument ta' moviment għandha tingħata mit-trasportatur lill-uffiċċju doganali tad-dħul fil-Komunità; u
(d)
wara li jagħmel il-formalitajiet doganali meħtieġa, l-uffiċċju doganali tad-dħul fil-Komunità għandu jibgħat kopja ittimbrata tad-dokument tal-moviment lill-awtoritajiet kompetenti tad-destinazzjoni u ta' transitu fil-Komunità, bl-attestazzjoni li l-iskart daħal fil-Komunità. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|