+Artikolu 44 Rekwiżiti proċedurali għall-importazzjoni minn xi pajjiż li japplika d-deċiżjoni ta' l-OECD jew minn xi żoni oħrajn f'sitwazzjonijiet ta' kriżi jew ta' gwerra
---+Artikolu 44 1.
---+Artikolu 44 2.
---+Artikolu 44 3.
---+Artikolu 44 4.
---+Artikolu 44 5.
|
Artikolu 44 Rekwiżiti proċedurali għall-importazzjoni minn xi pajjiż li japplika d-deċiżjoni ta' l-OECD jew minn xi żoni oħrajn f'sitwazzjonijiet ta' kriżi jew ta' gwerra
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 44 1.
|
Fejn skart iddestinat għall-irkupru jiġi importat fil-Komunità minn jew tramite pajjiżi li għalihom tapplika d-Deċiżjoni OECD, għandhom japplikaw mutatis mutandis id-dispożizzjonijiet tat-Titolu II, bl-adattamenti u ż-żidiet elenkati fil-paragrafi 2 u 3.
|
|
Artikolu 44 2.
|
L-adattamenti li ġejjin għandhom japplikaw:
(a)
il-kunsens kif meħtieġ skond Artikolu 9 jista' jkun provdut fil-forma ta' kunsens taċitu mill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ barra l-Komunità;
(b)
notifika miktuba tista' tiġi preżentata minn qabel skond Artikolu 4 min-notifikatur; u
(ċ)
fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 43(1)(e) li jinvolvu sitwazzjonijiet ta' kriżi, ta' stabbiliment tal-paċi, taż-żamma tal- paċi jew ta' gwerra, il-kunsens tal-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ ma għandux ikun meħtieġ.
|
|
Artikolu 44 3.
|
Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 42(3) (b), (ċ) u (d) għandhom jiġu osservati.
|
|
Artikolu 44 4.
|
Il-vjeġġ jista' jsir biss jekk:
(a)
in-notifikatur ikun irċieva kunsens bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ, destinazzjoni u, fejn ikun il-każ, transitu jew jekk jingħata l-kunsens taċitu, jew jista' jiġi preżunt l-għoti ta' kunsens taċitu, mill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ barra l-Komunità u jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti jiġu milqugħa;
(b)
ġie konkluż kuntratt, li jkun sar effettiv, bejn in-notifikatur u d-destinatarju kif meħtieġ fit-tieni subparagrafu tal-punt 4 ta' l-Artikolu 4 u fl-Artikolu 5;
(ċ)
ġiet stabbilita garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti li tkun saret effettiva kif meħtieġ fit-tieni subparagrafu tal-punt 5 ta' l-Artikolu 4 u fl-Artikolu 6; u
(d)
jiġi żgurat l-immaniġġar ambjentalment san kif imsemmi fl-Artikolu 49.
|
|
Artikolu 44 5.
|
Jekk xi uffiċċju doganali tad-dħul fil-Komunità jiskopri vjeġġ illegali, huwa għandu mingħajr dewmien jinforma l-awtorità kompetenti tiegħu fil-pajjiż ta' l-uffiċċju doganali li għandha:
(a)
mingħajr dewmien tinforma l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni fil-Komunità li għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ barra l-Komunità; u
(b)
tiżgura ż-żamma ta' l-iskart sakemm l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ barra l-Komunità ma tkunx iddeċidiet mod ieħor u kkomunikat dik id-deċiżjoni bil-miktub lill-awtorità kompetenti fil-pajjiż ta' l-uffiċċju doganali li fih ikun miżmum l-iskart.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1013
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|