Artikolu 45
Rekwiżiti proċedurali għall-importazzjoni minn xi pajjiż li għalih ma tapplikax id-Deċiżjoni ta' l-OECD u li huwa Parti għall-Konvenzjoni ta' Basel jew minn xi żoni oħrajn f'sitwazzjonijiet ta' kriżi jew ta' gwerra
Fejn skart destinat għall-irkupru jiġi importat fil-Komunità:
(a)
minn xi pajjiż li għalih id-Deċiżjoni OECD ma tapplikax; jew
(b)
minn kwalunkwe pajjiż li għalih id-Deċiżjoni OECD ma tapplikax u li huwa wkoll Parti għall-Konvenzjoni ta' Basel,
l-Artikolu 42 għandu japplika mutatis mutandis.