+Artikolu 48 Transitu fil-Komunità ta' skart destinat għall-irkupru
---+Artikolu 48 1.
---+Artikolu 48 2.
---+Artikolu 48 3.

Artikolu 48 Transitu fil-Komunità ta' skart destinat għall-irkupru

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 48 1.
Fejn skart destinat għal rkupru jigi trasportat transitament fl-Istati Membri minn u lejn pajjiż li għalih ma tapplikax id-Deċiżjoni OECD, għandu japplika mutatis mutandis l-Artikolu 47.
Artikolu 48 2.

Fejn skart destinat għall-irkupru jiġi trasportat transitament fl-Istati Membri minn u lejn pajjiż li għalih tapplika d-deċiżjoni ta' l-OECD, għandu japplika mutatis mutandis l-Artikolu 44, bl-adattamenti u ż-żidiet elenkati hawn taħt:

(a) 

l-ewwel u l-aħħar awtorità kompetenti ta' transitu fil-Komunità għandhom, skond il-każ, jibagħtu kopja ttimbrata tad-deċiżjonijiet li jagħtu l-kunsens lill-vjeġġ jew, jekk huma pprovdew il-kunsens taċitu, kopja tar-rikonoxximent skond Artikolu 42(3)(a) lill-uffiċċji doganali tad-dħul fil-Komunità, u tal-ħruġ mill-Komunità, rispettivament; u

(b) 

hekk kif l-iskart ikun telaq mill-Komunità, l-uffiċċju doganali tal-ħruġ mill-Komunità għandu jibgħat kopja ttimbrata tad-dokument tal-moviment lill-awtorità(jiet) kompetenti ta' transitu fil-Komunità, kontenenti d-dikjarazzjoni li l-iskart telaq mill-Komunità.

Artikolu 48 3.
Fejn skart destinat għall-irkupru jiġi trasportat transitament fl-Istati Membri minn pajjiż li għalih id-Deċiżjoni OECD ma tapplikax lejn pajjiż li għalih tapplika d-Deċiżjoni OECD jew vice-versa, għandu japplika l-paragrafu 1 fir-rigward tal-pajjiż li għalih id-Deċiżjoni OECD ma tapplikax u għandu japplika l-paragrafu 2 fir-rigward tal-pajjiż li għalih tapplika d-Deċiżjoni OECD.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1013
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.