|
+Artikolu 50 2a. |
Artikolu 50 2a.Sal-1 ta’ Jannar 2017, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fir-rigward tat-territorju ġeografiku kollu tagħhom, jiġi stabbilit pjan wieħed jew aktar, separatament jew bħala parti identifikata b’mod ċar minn pjanijiet oħra, għal spezzjonijiet imwettqa skont il-paragrafu 2 (“pjan ta’ spezzjoni”). Il-pjanijiet ta’ spezzjoni għandhom ikun ibbażati fuq valutazzjoni tar-riskju li tkopri flussi ta’ skart u s-sorsi ta’ vjeġġi illegali speċifiċi, u li jqisu, jekk disponibbli u fejn xieraq, data bbażata fuq l-intelligence bħal data dwar investigazzjonijiet mill-pulizija u mill-awtoritajiet doganali u l-analiżi tal-attivitajiet kriminali. Dik il-valutazzjoni tar-riskju għandha timmira li, fost l-oħrajn, tidentifika l-għadd minimu ta’ spezzjonijiet meħtieġa, inklużi kontrolli fiżiċi fuq stabbilimenti, impriżi, sensara, negozjanti u vjeġġi ta’ skart jew fuq l-irkupru jew ir-rimi relatati. Pjan ta’ spezzjoni għandu jinkludi l-elementi li ġejjin:
(a)
l-objettivi u l-prijoritajiet tal-ispezzjonijiet, inkluża deskrizzjoni ta’ kif ġew identifikati dawk il-prijoritajiet;
(b)
iż-żona ġeografika koperta minn dak il-pjan ta’ spezzjoni;
(c)
informazzjoni dwar spezzjonijiet ippjanati, inkluż fuq verifiki fiżiċi;
(d)
il-kompiti assenjati lil kull awtorità involuta fl-ispezzjonijiet;
(e)
arranġamenti għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet involuti fl-ispezzjonijiet;
(f)
informazzjoni dwar it-taħriġ tal-ispetturi dwar materji relatati mal-ispezzjonijiet; u
(g)
informazzjoni dwar ir-riżorsi umani, finanzjarji u oħrajn għall-implimentazzjoni ta’ dak il-pjan ta’ spezzjoni. Pjan ta’ spezzjoni għandu jiġi eżaminat mill-ġdid tal-inqas kull tliet snin u, għandu jiġi aġġornat, fejn ikun xieraq. Dak ir-rieżami għandu jevalwa sa liema punt ikunu ġew implimentati l-għanijiet u l-elementi l-oħra ta’ dik l-ispezzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|