+Artikolu 50 Infurzar fl-Istati Membri
---+Artikolu 50 1.
---+Artikolu 50 2.
---+Artikolu 50 2a.
---+Artikolu 50 3.
---+Artikolu 50 4.
---+Artikolu 50 4a.
---+Artikolu 50 4b.
---+Artikolu 50 4c.
---+Artikolu 50 4d.
---+Artikolu 50 4e.
---+Artikolu 50 5.
---+Artikolu 50 6.
---+Artikolu 50 7.

Artikolu 50 Infurzar fl-Istati Membri

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 50 1.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu kull miżura neċessarja sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-liġi nazzjonali dwar il-prevenzjoni u l-iskoperta ta' vjeġġi illegali u l-pieni għal vjeġġi bħal dawn.
Artikolu 50 2.
L-Istati Membri għandhom, permezz ta’ miżuri għall-infurzar ta’ dan ir-Regolament, jipprovdu, fost l-oħrajn, għal spezzjonijiet ta’ stabbilimenti, impriżi, sensara u negozjanti skont l-Artikolu 34 tad-Direttiva 2008/98/KE, u għal spezzjonijiet ta’ vjeġġi ta’ skart utal-irkupru jew rimi relatat.
Artikolu 50 2a.

Sal-1 ta’ Jannar 2017, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fir-rigward tat-territorju ġeografiku kollu tagħhom, jiġi stabbilit pjan wieħed jew aktar, separatament jew bħala parti identifikata b’mod ċar minn pjanijiet oħra, għal spezzjonijiet imwettqa skont il-paragrafu 2 (“pjan ta’ spezzjoni”). Il-pjanijiet ta’ spezzjoni għandhom ikun ibbażati fuq valutazzjoni tar-riskju li tkopri flussi ta’ skart u s-sorsi ta’ vjeġġi illegali speċifiċi, u li jqisu, jekk disponibbli u fejn xieraq, data bbażata fuq l-intelligence bħal data dwar investigazzjonijiet mill-pulizija u mill-awtoritajiet doganali u l-analiżi tal-attivitajiet kriminali. Dik il-valutazzjoni tar-riskju għandha timmira li, fost l-oħrajn, tidentifika l-għadd minimu ta’ spezzjonijiet meħtieġa, inklużi kontrolli fiżiċi fuq stabbilimenti, impriżi, sensara, negozjanti u vjeġġi ta’ skart jew fuq l-irkupru jew ir-rimi relatati. Pjan ta’ spezzjoni għandu jinkludi l-elementi li ġejjin:

(a) 

l-objettivi u l-prijoritajiet tal-ispezzjonijiet, inkluża deskrizzjoni ta’ kif ġew identifikati dawk il-prijoritajiet;

(b) 

iż-żona ġeografika koperta minn dak il-pjan ta’ spezzjoni;

(c) 

informazzjoni dwar spezzjonijiet ippjanati, inkluż fuq verifiki fiżiċi;

(d) 

il-kompiti assenjati lil kull awtorità involuta fl-ispezzjonijiet;

(e) 

arranġamenti għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet involuti fl-ispezzjonijiet;

(f) 

informazzjoni dwar it-taħriġ tal-ispetturi dwar materji relatati mal-ispezzjonijiet; u

(g) 

informazzjoni dwar ir-riżorsi umani, finanzjarji u oħrajn għall-implimentazzjoni ta’ dak il-pjan ta’ spezzjoni.

Pjan ta’ spezzjoni għandu jiġi eżaminat mill-ġdid tal-inqas kull tliet snin u, għandu jiġi aġġornat, fejn ikun xieraq. Dak ir-rieżami għandu jevalwa sa liema punt ikunu ġew implimentati l-għanijiet u l-elementi l-oħra ta’ dik l-ispezzjoni.

Artikolu 50 3.

L-ispezzjonijiet ta’ vjeġġi jistgħu jsiru b’mod partikolari:

(a) 

fil-post ta l-oriġini, li jsiru mal-produttur, id-detentur jew in-notifikatur;

(b) 

fil-punt tad-destinazzjoni, inkluż l-irkupru jew r-rimi interim jew non-interim, li jsiru mad-destinatarju jew mal-impjant;

(c) 

fil-fruntieri tal-Unjoni; u/jew

(d) 

matul il-vjeġġ fl-Unjoni.

Artikolu 50 4.
L-ispezzjonijiet tal-vjeġġi għandhom jinkludu l-verifika ta’ dokumenti, il-konferma tal-identità u, fejn opportun, il-kontroll fiżiku tal-iskart.
Artikolu 50 4a.

Sabiex ikun żgurat li sustanza jew oġġett li jinġarr bit-triq, bil-ferrovija, bl-ajru, bil-baħar jew permezz ta’ passaġġ fuq l-ilma huwiex skart, l-awtoritajiet involuti fl-ispezzjonijiet jistgħu, mingħajr ħsara għad-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 ), jitolbu lill-persuna fiżika jew ġuridika li tkun fil-pussess tas-sustanza jew tal-oġġett ikkonċernat, jew li torganizza t-trasport tiegħu, biex tippreżenta evidenza dokumentata:

(a) 

rigward l-oriġini u d-destinazzjoni tas-sustanza jew l-oġġett ikkonċernat; u

(b) 

li dan mhuwiex skart, inkluż, fejn adatt, evidenza tal-funzjonalità.

Għall-finijet tal-ewwl suparagrafu, il-protezzjoni tas-sustanza jew l-oġġett ikkonċernat kontra dannu waqt it-trasport, it-tagħbija u l-ħatt, bħall-imballaġġ xieraq u l-istivar adegwat, għandhom ukoll jiġu aċċertati.

Artikolu 50 4b.

L-awtoritajiet involuti fl-ispezzjonijiet jistgħu jikkonkludu li s-sustanza jew l-oġġett konċernat huwa skart, fejn:

— 
l-evidenza msemmija fil-paragrafu 4a jew meħtieġa taħt leġislazzjoni oħra tal-Unjoni biex taċċerta li sustanza jew oġġett mhux skart, ma tkunx ġiet ippreżentata fil-perijodu speċifikat minnhom, jew
— 
jikkunsidraw li l-evidenza u l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħhom huma insuffiċjenti biex tintlaħaq konklużjoni, jew jikkunsidraw li -protezzjoni provduta kontra l-ħsara msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4a hija insuffiċjenti.

F’tali ċirkostanzi it-trasport tas-sustanza jew l-oġġett ikkonċernat jew il-vjeġġ ta’ skart, għandu jitqies bħala vjeġġ illegali. Konsegwentement, għandu jiġi trattat f’konformità mal-Artikoli 24 u 25 u l-awtoritajiet involuti fl-ispezzjonijiet għandhom, mingħajr dewmien, jinformaw lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż fejn tkun saret l-ispezzjoni kkonċernata.

Artikolu 50 4c.
Sabiex jiġi aċċertat jekk vjeġġ ta’ skart jikkonformax ma’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet involuti fl-ispezzjonijiet jistgħu jitolbu lin-notifikatur, lill-persuna li torganizza l-vjeġġ, lid-detentur, lit-trasportatur, lid-destinatarju u lill-impjant li jirċievi l-iskart biex jippreżentaw evidenza rilevanti dokumentata lilhom fi żmien perijodu speċifikat minnhom.

Sabiex jiġi aċċertat jekk vjeġġ ta’ skart li jaqa’ taħt ir-rekwiżiti ġenerali tal-informazzjoni tal-Artikolu 18 huwiex destinat għal operazzjonijiet ta’ rkupru li huma f’konformità mal-Artikolu 49, l-awtoritajiet involuti fl-ispezzjonijiet jistgħu jitolbu lill-persuna li torganizza l-vjeġġ biex tippreżenta evidenza dokumentata rilevanti, provduta mill-impjant ta’ rkupru interim jew non-interim u, jekk meħtieġ, approvat mill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni.

Artikolu 50 4d.
Fejn l-evidenza msemmija fil-paragrafu 4c ma tkunx ġiet ippreżentata lill-awtoritajiet involuti fl-ispezzjonijiet fil-perijodu speċifikat minnhom, jew huma jikkunsidraw li l-evidenza u l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħhom ma tkunx suffiċjenti biex tintlaħaq konklużjoni, il-vjeġġ ikkonċernat għandu jitqies bħala vjeġġ illegali. Konsegwentement, dak il-vjeġġ għandu jiġi trattat f’konformità mal-Artikoli 24 u 25 u l-awtoritajiet involuti fl-ispezzjonijiet għandhom, mingħajr dewmien, jinformaw lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż fejn tkun saret l-ispezzjoni kkonċernata, skont dan.
Artikolu 50 4e.
Sat-18 ta' Lulju 2015, il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tabella preliminari ta’ korrelazzjoni bejn il-kodiċijiet tan-nomenklatura magħquda, previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 ( 12 ), u l-entrati tal-iskart elenkat fl-Annessi III, IIIA, IIIB, IV, IVA u V għal dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha żżomm dik it-tabella ta’ korrelazzjoni aġġornata, sabiex tirrifletti bidliet għal dik in-nomenklatura u għall-entrati elenkati f’dawk l-Annessi, kif ukoll biex tinkludi kwalunkwe kodiċi ġdid relatat mal-iskart tan-Nomenklatura tas-Sistema Armonizzata li l-Organizzazzjoni Dinjija Doganali tista’ tadotta.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 59a(2).’

Artikolu 50 5.
L-Istati Membri għandhom jikkooperaw, bilateralment u multilateralment, ma’ xulxin sabiex jiffaċilitaw il-prevenzjoni u l-identifikazzjoni ta’ vjeġġi illegali. Għandhom jiskambjaw informazzjoni rilevanti dwar il-vjeġġi tal-iskart, il-flussi tal-iskart, l-operaturi u l-impjanti u jiskambjaw l-esperjenza u l-għarfien dwar miżuri ta’ infurzar, inkluż il-valutazzjoni tar-riskju mwettqa skont l-paragrafu 2a tal-Artikolu, fl-ambitu ta’ strutturi stabbiliti, partikolarment, permezz tan-netwerk ta’ korrispondenti nominati f’konformità mal-Artikolu 54.
Artikolu 50 6.
L-Istati Membri għandhom jidentifikaw dawk il-membri tal-persunal permanenti tagħhom li huma responsabbli għall-koperazzjoni l-imsemmija fil-paragrafu 5 u jidentifikaw il-punt(i) ta' l-ispezzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4. L-informazzjoni għandha tintbagħat lill-Kummissjoni li għandha tiddistribwixxi lista kompilata lill-korrispondenti msemmija fl-Artikolu 54.
Artikolu 50 7.
Fuq talba ta' Stat Membru ieħor, Stat Membru jista' jieħu azzjoni ta' infurzar kontra persuni, preżenti f'dak l-Istat Membru, suspettati li jkunu mdaħħla fi vjeġġi ta' skart illegali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1013
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.