|
+Artikolu 50 4a. |
Artikolu 50 4a.Sabiex ikun żgurat li sustanza jew oġġett li jinġarr bit-triq, bil-ferrovija, bl-ajru, bil-baħar jew permezz ta’ passaġġ fuq l-ilma huwiex skart, l-awtoritajiet involuti fl-ispezzjonijiet jistgħu, mingħajr ħsara għad-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 ), jitolbu lill-persuna fiżika jew ġuridika li tkun fil-pussess tas-sustanza jew tal-oġġett ikkonċernat, jew li torganizza t-trasport tiegħu, biex tippreżenta evidenza dokumentata:
(a)
rigward l-oriġini u d-destinazzjoni tas-sustanza jew l-oġġett ikkonċernat; u
(b)
li dan mhuwiex skart, inkluż, fejn adatt, evidenza tal-funzjonalità. Għall-finijet tal-ewwl suparagrafu, il-protezzjoni tas-sustanza jew l-oġġett ikkonċernat kontra dannu waqt it-trasport, it-tagħbija u l-ħatt, bħall-imballaġġ xieraq u l-istivar adegwat, għandhom ukoll jiġu aċċertati. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|