Sat-18 ta' Lulju 2015, il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tabella preliminari ta’ korrelazzjoni bejn il-kodiċijiet tan-nomenklatura magħquda, previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (
12
), u l-entrati tal-iskart elenkat fl-Annessi III, IIIA, IIIB, IV, IVA u V għal dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha żżomm dik it-tabella ta’ korrelazzjoni aġġornata, sabiex tirrifletti bidliet għal dik in-nomenklatura u għall-entrati elenkati f’dawk l-Annessi, kif ukoll biex tinkludi kwalunkwe kodiċi ġdid relatat mal-iskart tan-Nomenklatura tas-Sistema Armonizzata li l-Organizzazzjoni Dinjija Doganali tista’ tadotta.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 59a(2).’