Sal-31 ta' Diċembru 2010, il-vjeġġi kollha lejn il-Latvja ta' skart għall-irkupru elenkat fl-Annessi III u IV u l-vjeġġi ta' skart għall-irkupru mhux elenkat f'dawk l-Annessi għandhom ikunu suġġetti għall-proċedura ta' notifika u kunsens bil-miktub minn qabel skond it-Titolu II.
B'deroga mill-Artikolu 12, l-awtoritajiet kompetenti għandhom joġġezzjonaw għal vjeġġi ta' skart elenkat fl-Annessi III u IV u għal vjeġġi ta' skart għall-irkupru mhux elenkat f'dawk l-Annessi destinati għal impjant li jibbenefika minn deroga temporanja minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 96/61/KE matul il-perjodu li fih id-deroga temporanja tkun applikata lill-impjant tad-destinazzjoni.