+Artikolu 63 Arranġamenti transitorji għal ċerti Stati Membri
---+Artikolu 63 1.
---+Artikolu 63 2.
---+Artikolu 63 3.
---+Artikolu 63 4.
---+Artikolu 63 5.
---+Artikolu 63 6.

Artikolu 63 Arranġamenti transitorji għal ċerti Stati Membri

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 63 1.

Sal-31 ta' Diċembru 2010, il-vjeġġi kollha lejn il-Latvja ta' skart għall-irkupru elenkat fl-Annessi III u IV u l-vjeġġi ta' skart għall-irkupru mhux elenkat f'dawk l-Annessi għandhom ikunu suġġetti għall-proċedura ta' notifika u kunsens bil-miktub minn qabel skond it-Titolu II.

B'deroga mill-Artikolu 12, l-awtoritajiet kompetenti għandhom joġġezzjonaw għal vjeġġi ta' skart elenkat fl-Annessi III u IV u għal vjeġġi ta' skart għall-irkupru mhux elenkat f'dawk l-Annessi destinati għal impjant li jibbenefika minn deroga temporanja minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 96/61/KE matul il-perjodu li fih id-deroga temporanja tkun applikata lill-impjant tad-destinazzjoni.

Artikolu 63 2.
Sal-31 ta' Diċembru 2012, il-vjeġġi kollha lejn il-Polonja ta' skart għall-irkupru elenkat fl-Anness III għandhom ikunu suġġetti għall-proċedura ta' notifika u kunsens bil-miktub minn qabel skond it-Titolu II.

B'deroga mill-Artikolu 12, sal-31 ta' Diċembru 2007, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jqajmu l-oġġezzjonijiet tagħhom għal vjeġġi lejn il-Polonja għall-rkupru ta' l-iskart li ġej elenkat fl-Annessi III u IV skond ir-raġunijiet għal oġġezzjoni elenkati fl-Artikolu 11:

B2020 u GE020 (skart tal-ħġieġ)
B2070
B2080
B2100
B2120
B3010 u GH 013 (skart ta' plastik solidu)
B3020 (skart tal-karta)
B3140 (skart ta' tajers pnewmatiċi)
Y46
Y47
A1010 u A1030, (l-inċiżi biss li jirreferu għal arseniku u merkurju)
A1060
A1140
A2010
A2020
A2030
A2040
A3030
A3040
A3070
A3120
A3130
A3160
A3170
A3180 (applikabbli biss fir-rigward ta' naftaleni poliklorinati, PCN)
A4010
A4050
A4060
A4070
A4090
AB030
AB070
AB120
AB130
AB150
AC060
AC070
AC080
AC150
AC160
AC260
AD150

Bl-eċċezzjoni ta' skart tal-ħġieġ, skart tal-karta u skart tat-tajers pnewmatiċi, dan il-perjodu jista' jiġi estiż sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2012 skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 59a(2).

B'deroga mill-Artikolu 12, sal-31 ta' Diċembru 2012, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jqajmu oġġezzjonijiet konformement mar-raġunijiet ta' oġġezzjoni stabbiliti fl-Artikolu 11 għal vjeġġi lejn il-Polonja ta':

(a) 

l-iskart għall-irkupru li ġej elenkat fl-Anness IV:

A2050
A3030
A3180, barra naftalaleni poliklorinati (PCN)
A3190
A4110
A4120
RB020

u ta'

(b) 

skart għall-irkupru mhux elenkat fl-Annessi.

B'deroga mill-Artikolu 12, l-awtoritajiet kompetenti għandhom joġġezzjonaw għal vjeġġi ta' skart elenkat fl-Annessi III u IV u għal vjeġġi ta' skart għall-irkupru mhux elenkat f'dawk l-Annessi destinati għal impjant li jibbenefika minn deroga temporanja minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 96/61/KE matul il-perjodu li fih id-deroga temporanja tkun applikata lill-impjant tad-destinazzjoni.

Artikolu 63 3.

Sal-31 ta' Diċembru 2011, il-vjeġġi kollha lejn l-Islovakkja ta' skart għall-irkupru elenkat fl-Annessi III u IV u vjeġġi ta' skart għall-irkupru mhux elenkat f'dawk l-Annessi għandhom ikunu suġġetti għall-proċedura ta' notifika u kunsens bil-miktub minn qabel skond Titolu II.

B'deroga mill-Artikolu 12, l-awtoritajiet kompetenti għandhom joġġezzjonaw għal vjeġġi ta' skart elenkat fl-Annessi III u IV u għal vjeġġi ta' skart għall-irkupru mhux elenkat f'dawk l-Annessi destinati għal impjant li jibbenefika minn deroga temporanja minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttivi 94/67/KE ( 13 ) u 96/61/KE, tad-Direttiva 2000/76/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-4 ta' Diċembru 2000 dwar l-inċinerazzjoni ta' skart ( 14 ), u tad-Direttiva 2001/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2001 li għandu x'jaqsam mat-tnaqqis ta' ċertu tniġġiż fl-atmosfera minn faċilitajiet kbar ta' kombussjoni ( 15 ) matul il-perjodu li fih id-deroga temporanja tkun applikata lill-impjant tad-destinazzjoni.

Artikolu 63 4.
Sal-31 ta' Diċembru 2014, il-vjeġġi kollha ta' skart lejn il-Bulgarija għall-irkupru msemmija fl-Anness III għandhom ikunu suġġetti għall-proċeduri ta' notifika u kunsens bil-miktub minn qabel skond it-Titolu II.

B'deroga mill-Artikolu 12, sal-31 ta' Diċembru 2009, l-awtoritajiet kompetenti Bulgari jistgħu joġġezzjonaw għall-vjeġġi ta' skart għall-irkupru lejn il-Bulgarija ta' l-skart imsemmi hawn taħt elenkat fl-Annessi III u IV konformement mar-raġunijiet għall-oġġezzjoni stipulati fl-Artikolu 11:

B2070
B2080
B2100
B2120
Y46
Y47
A1010 u A1030 (dawk l-inċiżi biss li jirreferu għall-arseniku u għall-merkurju)
A1060
A1140
A2010
A2020
A2030
A2040
A3030
A3040
A3070
A3120
A3130
A3160
A3170
A3180 (japplika biss fir-rigward tan-naftalini poliklorinati (PCN))
A4010
A4050
A4060
A4070
A4090
AB030
AB070
AB120
AB130
AB150
AC060
AC070
AC080
AC150
AC160
AC260
AD150

Dan il-perijodu jista' jiġi estiż sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2012 skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 59a(2).

B'deroga mill-Artikolu 12, sal-31 ta' Diċembru 2009, l-awtoritajiet kompetenti Bulgari jistgħu joġġezzjonaw konformement mar-raġunijiet għal oġġezzjoni stipulati fl-Artikolu 11 għal vjeġġi lejn il-Bulgarija ta':

(a) 

l-iskart, li ġej hawn taħt, għall-irkupru elenkat fl-Anness IV:

A2050
A3030
A3180, barra n-naftalini poliklorinati (PCN)
A3190
A4110
A4120
RB020

u ta'

(b) 

skart għall-irkupru mhux elenkat f'dawk l-Annessi.

B'deroga mill-Artikolu 12, l-awtoritajiet kompetenti Bulgari għandhom joġġezzjonaw għal vjeġġi ta' skart għall-irkupru elenkat fl-Annessi III u IV u għal vjeġġi ta' skart għall-irkupru mhux elenkat f'dawk l-Annessi destinati għal impjant li jibbenefika minn deroga temporanja minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 96/61/KE jew tad-Direttiva 2001/80/KE matul il-perjodu li fih id-deroga temporanja tiġi applikata għall-impjant tad-destinazzjoni.

Artikolu 63 5.
Sal-31 ta' Diċembru 2015, il-vjeġġi kollha ta' skart għall-irkupru lejn ir-Rumanija elenkati fl-Anness III għandhom jkunu suġġetti għall-proċeduri ta' notifika u kunsens bil-miktub minn qabel skond it-Titolu II.

B'deroga mill-Artikolu 12, sal-31 ta' Diċembru 2011, l-awtoritajiet kompetenti Rumeni jistgħu joġġezzjonaw għall-vjeġġi ta' skart għall-irkupru lejn ir-Rumanija ta' l-skart msemmi hawn taħt elenkat fl-Annessi III u IV konformement mar-raġunijiet għall-oġġezzjoni stipulati fl-Artikolu 11:

B2070
B2100, barra skart ta' alumina
B2120
B4030
Y46
Y47
A1010 u A1030 (dawk l-inċiżi biss li jirreferu għall-arseniku, għall-merkurju u għat-tallju)
A1060
A1140
A2010
A2020
A2030
A3030
A3040
A3050
A3060
A3070
A3120
A3130
A3140
A3150
A3160
A3170
A3180 (japplika biss fir-rigward tan-naftalini poliklorinati (PCN))
A4010
A4030
A4040
A4050
A4080
A4090
A4100
A4160
AA060
AB030
AB120
AC060
AC070
AC080
AC150
AC160
AC260
AC270
AD120
AD150

Dan il-perijodu jista' jiġi estiż sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2015 skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 59a(2).

B'deroga mill-Artikolu 12, sal-31 ta' Diċembru 2011, l-awtoritajiet kompetenti Rumeni jistgħu joġġezzjonaw konformement mar-raġunijiet għall-oġġezzjoni stipulati fl-Artikolu 11 għal vjeġġi ta' skart lejn ir-Rumanija ta':

(a) 

l-iskart, li ġej hawn taħt, għall-irkupru elenkat fl-Anness IV:

A2050
A3030
A3180, barra n-naftalini poliklorinati (PCN)
A3190
A4110
A4120
RB020

u ta'

(b) 

skart għall-irkupru mhux elenkat fl-Annessi.

Dan il-perijodu jista' jiġi estiż sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2015 skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 59a(2).

B'deroga mill-Artikolu 12, l-awtoritajiet kompetenti Rumeni għandhom joġġezzjonaw għal vjeġġi ta' skart għall-irkupru elenkati fl-Annessi III u IV u għal vjeġġi ta' skart għall-irkupru mhux elenkati f'dawk l-Annessi destinati għal impjant li jibbenefika minn deroga temporanja minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 96/61/KE, tad-Direttiva 2000/76/KE jew tad-Direttiva 2001/80/KE matul il-perjodu li fih id-deroga temporanja tiġi applikata għall-impjant tad-destinazzjoni.

Artikolu 63 6.
Meta jsir riferiment f'dan l-Artikolu għal Titolu II fir-rigward ta' skart elenkat fl-Anness III, ma għandhomx japplikaw l-Artikoli 3(2), it-tieni subparagrafu tal-punt 5 ta' l-Artikolu 4 u l-Artikoli 6, 11, 22, 23, 24, 25 u 31.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1013
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.