Sal-31 ta' Diċembru 2011, il-vjeġġi kollha lejn l-Islovakkja ta' skart għall-irkupru elenkat fl-Annessi III u IV u vjeġġi ta' skart għall-irkupru mhux elenkat f'dawk l-Annessi għandhom ikunu suġġetti għall-proċedura ta' notifika u kunsens bil-miktub minn qabel skond Titolu II.
B'deroga mill-Artikolu 12, l-awtoritajiet kompetenti għandhom joġġezzjonaw għal vjeġġi ta' skart elenkat fl-Annessi III u IV u għal vjeġġi ta' skart għall-irkupru mhux elenkat f'dawk l-Annessi destinati għal impjant li jibbenefika minn deroga temporanja minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttivi 94/67/KE (
13
) u 96/61/KE, tad-Direttiva 2000/76/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-4 ta' Diċembru 2000 dwar l-inċinerazzjoni ta' skart (
14
), u tad-Direttiva 2001/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2001 li għandu x'jaqsam mat-tnaqqis ta' ċertu tniġġiż fl-atmosfera minn faċilitajiet kbar ta' kombussjoni (
15
) matul il-perjodu li fih id-deroga temporanja tkun applikata lill-impjant tad-destinazzjoni.