|
+Artikolu 63 4. |
Artikolu 63 4.Sal-31 ta' Diċembru 2014, il-vjeġġi kollha ta' skart lejn il-Bulgarija għall-irkupru msemmija fl-Anness III għandhom ikunu suġġetti għall-proċeduri ta' notifika u kunsens bil-miktub minn qabel skond it-Titolu II. B'deroga mill-Artikolu 12, sal-31 ta' Diċembru 2009, l-awtoritajiet kompetenti Bulgari jistgħu joġġezzjonaw għall-vjeġġi ta' skart għall-irkupru lejn il-Bulgarija ta' l-skart imsemmi hawn taħt elenkat fl-Annessi III u IV konformement mar-raġunijiet għall-oġġezzjoni stipulati fl-Artikolu 11: B2070 B2080 B2100 B2120 Y46 Y47 A1010 u A1030 (dawk l-inċiżi biss li jirreferu għall-arseniku u għall-merkurju) A1060 A1140 A2010 A2020 A2030 A2040 A3030 A3040 A3070 A3120 A3130 A3160 A3170 A3180 (japplika biss fir-rigward tan-naftalini poliklorinati (PCN)) A4010 A4050 A4060 A4070 A4090 AB030 AB070 AB120 AB130 AB150 AC060 AC070 AC080 AC150 AC160 AC260 AD150 Dan il-perijodu jista' jiġi estiż sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2012 skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 59a(2). B'deroga mill-Artikolu 12, sal-31 ta' Diċembru 2009, l-awtoritajiet kompetenti Bulgari jistgħu joġġezzjonaw konformement mar-raġunijiet għal oġġezzjoni stipulati fl-Artikolu 11 għal vjeġġi lejn il-Bulgarija ta':
(a)
l-iskart, li ġej hawn taħt, għall-irkupru elenkat fl-Anness IV: A2050
A3030
A3180, barra n-naftalini poliklorinati (PCN)
A3190
A4110
A4120
RB020
u ta'
(b)
skart għall-irkupru mhux elenkat f'dawk l-Annessi. B'deroga mill-Artikolu 12, l-awtoritajiet kompetenti Bulgari għandhom joġġezzjonaw għal vjeġġi ta' skart għall-irkupru elenkat fl-Annessi III u IV u għal vjeġġi ta' skart għall-irkupru mhux elenkat f'dawk l-Annessi destinati għal impjant li jibbenefika minn deroga temporanja minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 96/61/KE jew tad-Direttiva 2001/80/KE matul il-perjodu li fih id-deroga temporanja tiġi applikata għall-impjant tad-destinazzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|