|
+ANNESS IV LISTA TAT-TIPI TA’ SKART SOĠĠETTI GĦALL-PROĊEDURA TA’ NOTIFIKA U TA’ KUNSENS BIL-MIKTUB MINN QABEL (SKART ELENKAT BĦALA “AMBRA”) |
ANNESS IV LISTA TAT-TIPI TA’ SKART SOĠĠETTI GĦALL-PROĊEDURA TA’ NOTIFIKA U TA’ KUNSENS BIL-MIKTUB MINN QABEL (SKART ELENKAT BĦALA “AMBRA”)
ANNESS IV LISTA TAT-TIPI TA’ SKART SOĠĠETTI GĦALL-PROĊEDURA TA’ NOTIFIKA U TA’ KUNSENS BIL-MIKTUB MINN QABEL (SKART ELENKAT BĦALA “AMBRA”) Parti I: It-tipi ta’ skart li ġejjin se jkunu soġġetti għall-proċedura ta’ notifika u ta’ kunsens bil-miktub minn qabel: It-tipi ta’ skart elenkati fl-Annessi II u VIII tal-Konvenzjoni ta’ Basel ( 37 ). Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:
(a)
Kwalunkwe referenza fl-Anness VIII tal-Konvenzjoni ta’ Basel għal-lista B għandha tinftiehem bħala referenza għall-Anness III ta’ dan ir-Regolament
(b)
Fl-entrata A1010 tal-klassifikazzjoni ta' Basel, l-espressjoni “barra dak l-iskart speċifikament imniżżel fil-lista B (Anness IX)” hija riferiment kemm għall-entrata B1020 tal-klassifikazzjoni ta' Basel kif ukoll għan-nota dwar l-entrata B1020 fl-Anness III ta' dan ir-Regolament, Parti I (b).
(c)
l-entrata A2060 tal-klassifikazzjoni ta’ Basel ma għandhiex tapplika u minflok għandha tapplika l-entrata GG040 tal-OECD fil-Parti II tal-Anness III, fejn ikun xieraq.
(d)
L-entrata A4050 tal-klassifikazzjoni ta' Basel tinkludi potlinings eżawriti mit-tisħin u t-tidwib ta' minerali sabiex jinkiseb minnu l-aluminju għaliex dawn fihom ċjanur mhux organiku Y33. Jekk iċ-ċjanur ikun inqered, potlinings eżawriti jiġu assenjati għall-entrata AB120 tal-Parti II għaliex ikun fihom Y32, taħlitiet tal-flworin mhux organiċi minbarra flworidu ta' kalċju.
(e)
l-entrata A3210 tal-Konvenzjoni ta’ Basel ma tapplikax u minflok tapplika l-entrata AC300 fil-Parti II.
(f)
fil-każ tal-iskart ittrasportat fl-Unjoni, l-entrata Y48 tal-Konvenzjoni ta’ Basel ma tapplikax u minflok tapplika din l-entrata li ġejja:
EU48:
L-iskart tal-plastik mhux kopert mill-entrata AC300 fil-parti II jew mill-entrata EU3011 fil-parti I tal-Anness III, kif ukoll it-taħlitiet ta’ skart tal-plastik mhux koperti mill-punt 4 tal-Anness IIIA.
(g)
Għall-iskart ittrasportat fl-Unjoni, l-entrata Y49 ta’ Basel ma għandhiex tapplika u minflok għandhom japplikaw l-entrati GC010 u GC020 fil-Parti II tal-Anness III, fejn xieraq. Parti II: It-tipi ta' skart li ġejjin għandhom wkoll ikunu suġġetti għall-proċedura ta' notifika u kunsens bil-miktub minn qabel: Skart li fih il-metall
Skart li fih prinċipalment kostitwenti inorganiċi, li jista' jkun fihom metalli u materjali organiċi
Skart li fih prinċipalment kostitwenti organiċi, li jista' jkun fihom metalli u materjali inorganiċi
Skart li jista' jkun fih kostitwenti organiċi jew inorganiċi
Skart li fih prinċipalment kostitwenti inorganiċi, li jista' jkun fihom metalli u materjali organiċi
ANNESS IVA SKART ELENKAT FL-ANNESS III IŻDA SUĠĠETT GĦALL-PROĊEDURA TA’ NOTIFIKA U KUNSENS BIL-MIKTUB MINN QABEL (ARTIKOLU 3(3)) 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||