|
+Artikolu 2 Definizzjonijiet |
Artikolu 2 DefinizzjonijietArtikolu 2 Definizzjonijiet Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, it-tifsiriet li ġejjin għandhom japplikaw: (a) “azzjoni” tfisser kull proġett esegwit minn impriżi, li jikkontribwixxi biex titnaqqas il-konġestjoni fis-sistema tat-trasport tal-merkanzija bit-triq u/jew li jtejjeb il-prestazzjoni ambjentali tas-sistema tat-trasport fit-territorji ta’ l-Istati Membri jew tal-pajjiżi li jipparteċipaw; azzjonijiet ta’ kataliżi, azzjonijiet ta' ċaqliq modali u azzjonijiet ta' tagħlim komuni, jistgħu jinkludu diversi progetti koordinati; (b) “azzjoni ta’ kataliżi” tfisser kull azzjoni innovattiva li hija maħsuba biex tegħleb ostakli strutturali sinifikanti fis-suq tal-Komunità għat-trasport tal-merkanzija li jxekklu l-ħidma effiċjenti tas-swieq, il-kompetitività tat-tbaħħir fil-qosor, tat-trasport bil-ferrovija u bil-passaġġi ta’ l-ilma interni, u/jew l-effiċjenza tal-katini tat-trasport li jagħmlu użu minn dawn il-mezzi, inklużi l-modifika jew il-ħolqien ta' l-infrastruttura anċillari; għall-iskopijiet ta' din id-definizzjoni, tali ostakli strutturali tfisser impediment mhux regolatorju, fattwali u mhux temporanju għall-ħidma xierqa tal-katina tat-trasport tal-merkanzija; (ċ) “azzjoni ta’ Toroq tat-Tbaħħir” tfisser kull azzjoni innovattiva li ċċaqlaq direttament it-trasport ta' merkanzija mit-triq għat-tbaħħir fil-qosor jew kombinazzjoni ta' tbaħħir fil-qosor flimkien ma’ mezzi oħrajn ta’ trasport fejn il-vjaġġi bit-toroq ikunu qosra kemm jista' jkun; azzjonijiet ta' dan it-tip jistgħu jinkludu l-modifika jew il-ħolqien ta’ infrastruttura anċillari meħtieġa sabiex jiġi implimentat servizz intermodali ta’ trasport marittimu ta’ volum kbir ħafna u ta’ frekwenza għolja li jinkludi, preferibbilment, l-użu tal-modi ta' trasport li l-iżjed jirrispettaw l-ambjent, bħal passaġġi ta' l-ilma interni u ferroviji għat-trasport ta' merkanzija f'żoni interni fuq l-art u servizzi integrati bieb bieb; jekk possibbli, ir-riżorsi tar-reġjuni l-aktar 'il barra għandhom ikunu integrati wkoll; (d) “azzjoni ta’ ċaqliq modali” tfisser kull azzjoni li b’mod dirett, li jista’ jitkejjel, sostanzjali u immedjat iċċaqlaq it-trasport ta' merkanzija mit-triq għat-tbaħħir fil-qosor, għal ferroviji, għal passaġġi ta' l-ilma interni jew għal kombinazzjoni ta’ mezzi ta’ trasport fejn vjaġġi bit-triq ikunu qosra kemm jista’ jkun, mingħajr ma tkun azzjoni ta’ kataliżi, inkluż, fejn ikun xieraq, ċaqliq modali li jirriżulta mill-iżvilupp ta' servizz eżistenti; il-Kummissjoni għandha teżamina l-possibiltà li tappoġġja proġetti ta' infrastruttura anċillari; (e) “azzjoni għall-evitar tat-traffiku” tfisser kull azzjoni innovattiva li tintegra t-trasport mal-loġistika ta' produzzjoni biex jiġi evitat perċentwal għoli ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq mingħajr ma taffettwa b'mod ħażin il-produzzjoni jew il-ħaddiema; azzjonijiet ta' dan it-tip jistgħu jinkludu l-modifika jew il-ħolqien ta’ infrastruttura u apparat anċillari; (f) “azzjoni ta’ tagħlim komuni” tfisser kull azzjoni immirata lejn it-titjib tal-koperazzjoni għall-ottimizzar strutturali tal-metodi u proċeduri tal-ħidma fil-katina tat-trasport tal-merkanzija, b’konsiderazzjoni wkoll għall-bżonnijiet loġistiċi; (g) “azzjoni innovattiva” tfisser kwalunkwe azzjoni li jkun fiha elementi li qatt ma jkunu eżistew f'suq partikulari; (h) “infrastruttura anċillari” tfisser l-infrastruttura meħtieġa u biżżejjed biex jitwettqu l-għanijiet ta' l-azzjonijiet, inklużi l-installazjonijiet għall-merkanzija/passiġġieri; (i) “miżura ta' akkumpanjament” tfisser kull miżura li tfittex li tipprepara għal jew li tappoġġja azzjonijiet kurrenti jew tal-ġejjieni, inter alia, attivitajiet ta' tixrid (ta' informazzjoni) u monitoraġġ u evalwazzjoni tal-proġetti, kif ukoll il-ġbir u l-analiżi tad-data ta’statistika; miżuri maħsuba għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti, proċessi jew servizzi, attivitajiet ta’ marketing u promozzjoni tal-bejgħ m’humiex miżuri ta' akkumpanjament; (j) “miżura preparatorja” tfisser kull miżura meħuda fi preparazzjoni għal azzjoni ta' kataliżi, ta' triq tal-baħar jew għall-evitar tat-traffiku bħalma huma studji tekniċi, operattivi jew ta’ fattibilità finanzjarja u ttestjar ta’ apparat; (k) “impriża” tfisser kull entità li hija mdaħħla f’attività ekonomika, mingħajr ma jingħata każ ta’ l-istatus legali ta’ l-entità u tal-mod ta’ kif hija ffinanzjata; (l) “konsorzju” ifisser kull arranġament li jiġi esegwit minn għall-inqas żewġ impriżi flimkien u li jaqsmu l-riskju li għandu x’jaqsam ma’ l-azzjoni; (m) “kilometru-tunnellata” tfisser it-trasport ta’ tunellata merkanzija, jew l-ekwivalenti volumetriku tagħha fuq distanza ta’ kilometru; (n) “kilometru-vettura” tfisser il-moviment ta’ trakk, mgħobbi jew vojt, fuq distanza ta’ kilometru; (o) “pajjiż terz fil-qrib” ifisser kull pajjiż li mhux membru ta' l-Unjoni Ewropea bi fruntiera komuni ma' l-Unjoni Ewropea jew b’linja tal-kosta f’baħar magħluq jew semi-magħluq li huwa kontigwu ma’ l-Unjoni Ewropea; (p) “merkanzija” tfisser, għall-iskop tal-kalkolu ta’ “tunellata-kilometru” mneħħija minn fuq it-triq, l-oġġetti trasportati, l-unità ta’ trasport intermodali flimkien mal-vettura tat-triq, inklużi unitajiet tat-trasport intermodali vojta u vetturi tat-triq vojta, f’każ li dawn jitneħħew minn fuq it-triq. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|