+KAPITOLU I DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI
---+Artikolu 1 Suġġett
---+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+Artikolu 3 Kamp ta' applikazzjoni
------+Article 3 1.
------+Article 3 2.
------+Article 3 3.
------+Article 3 4.

KAPITOLU I DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

KAPITOLU I DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 Suġġett

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabilixxi strument ta’ finanzjament, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Programm Marco Polo II”, jew “il-Programm”, biex titnaqqas il-konġestjoni u biex titjieb il-prestazzjoni ambjentali tas-sistema tat-trasport u jitjieb it-trasport intermodali, u b'hekk isir kontribut għal sistema ta' trasport effiċjenti u sostenibbli li tipprovdi valur miżjud ta' l-UE mingħajr ma jkun hemm impatt negattiv fuq il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali. Il-perjodu ta’ żmien tal-Programm għandu jkun mill-1 ta’ Jannar 2007 sa l-31 ta’ Diċembru 2013 sabiex tinkiseb, fl-aħħar tal-Programm, ċaqlieqa fit-traffiku li tkun parti sostanzjali miż-żjieda aggregata annwali mistennija fit-traffiku internazzjonali tal-merkanzija bit-triq, imkejjel f'kilometri-tunnellata, għat-tbaħħir fil-qosor, għat-trasport bil-ferrovija u bil-passaġġi ta’ l-ilma interni jew għal kombinazzjoni ta’ mezzi ta’ trasport fejn vjaġġi bit-triq huma qosra kemm jista’ jkun.

Artikolu 2 Definizzjonijiet

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, it-tifsiriet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a) “azzjoni” tfisser kull proġett esegwit minn impriżi, li jikkontribwixxi biex titnaqqas il-konġestjoni fis-sistema tat-trasport tal-merkanzija bit-triq u/jew li jtejjeb il-prestazzjoni ambjentali tas-sistema tat-trasport fit-territorji ta’ l-Istati Membri jew tal-pajjiżi li jipparteċipaw; azzjonijiet ta’ kataliżi, azzjonijiet ta' ċaqliq modali u azzjonijiet ta' tagħlim komuni, jistgħu jinkludu diversi progetti koordinati;

(b) “azzjoni ta’ kataliżi” tfisser kull azzjoni innovattiva li hija maħsuba biex tegħleb ostakli strutturali sinifikanti fis-suq tal-Komunità għat-trasport tal-merkanzija li jxekklu l-ħidma effiċjenti tas-swieq, il-kompetitività tat-tbaħħir fil-qosor, tat-trasport bil-ferrovija u bil-passaġġi ta’ l-ilma interni, u/jew l-effiċjenza tal-katini tat-trasport li jagħmlu użu minn dawn il-mezzi, inklużi l-modifika jew il-ħolqien ta' l-infrastruttura anċillari; għall-iskopijiet ta' din id-definizzjoni, tali ostakli strutturali tfisser impediment mhux regolatorju, fattwali u mhux temporanju għall-ħidma xierqa tal-katina tat-trasport tal-merkanzija;

(ċ) “azzjoni ta’ Toroq tat-Tbaħħir” tfisser kull azzjoni innovattiva li ċċaqlaq direttament it-trasport ta' merkanzija mit-triq għat-tbaħħir fil-qosor jew kombinazzjoni ta' tbaħħir fil-qosor flimkien ma’ mezzi oħrajn ta’ trasport fejn il-vjaġġi bit-toroq ikunu qosra kemm jista' jkun; azzjonijiet ta' dan it-tip jistgħu jinkludu l-modifika jew il-ħolqien ta’ infrastruttura anċillari meħtieġa sabiex jiġi implimentat servizz intermodali ta’ trasport marittimu ta’ volum kbir ħafna u ta’ frekwenza għolja li jinkludi, preferibbilment, l-użu tal-modi ta' trasport li l-iżjed jirrispettaw l-ambjent, bħal passaġġi ta' l-ilma interni u ferroviji għat-trasport ta' merkanzija f'żoni interni fuq l-art u servizzi integrati bieb bieb; jekk possibbli, ir-riżorsi tar-reġjuni l-aktar 'il barra għandhom ikunu integrati wkoll;

(d) “azzjoni ta’ ċaqliq modali” tfisser kull azzjoni li b’mod dirett, li jista’ jitkejjel, sostanzjali u immedjat iċċaqlaq it-trasport ta' merkanzija mit-triq għat-tbaħħir fil-qosor, għal ferroviji, għal passaġġi ta' l-ilma interni jew għal kombinazzjoni ta’ mezzi ta’ trasport fejn vjaġġi bit-triq ikunu qosra kemm jista’ jkun, mingħajr ma tkun azzjoni ta’ kataliżi, inkluż, fejn ikun xieraq, ċaqliq modali li jirriżulta mill-iżvilupp ta' servizz eżistenti; il-Kummissjoni għandha teżamina l-possibiltà li tappoġġja proġetti ta' infrastruttura anċillari;

(e) “azzjoni għall-evitar tat-traffiku” tfisser kull azzjoni innovattiva li tintegra t-trasport mal-loġistika ta' produzzjoni biex jiġi evitat perċentwal għoli ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq mingħajr ma taffettwa b'mod ħażin il-produzzjoni jew il-ħaddiema; azzjonijiet ta' dan it-tip jistgħu jinkludu l-modifika jew il-ħolqien ta’ infrastruttura u apparat anċillari;

(f) “azzjoni ta’ tagħlim komuni” tfisser kull azzjoni immirata lejn it-titjib tal-koperazzjoni għall-ottimizzar strutturali tal-metodi u proċeduri tal-ħidma fil-katina tat-trasport tal-merkanzija, b’konsiderazzjoni wkoll għall-bżonnijiet loġistiċi;

(g) “azzjoni innovattiva” tfisser kwalunkwe azzjoni li jkun fiha elementi li qatt ma jkunu eżistew f'suq partikulari;

(h) “infrastruttura anċillari” tfisser l-infrastruttura meħtieġa u biżżejjed biex jitwettqu l-għanijiet ta' l-azzjonijiet, inklużi l-installazjonijiet għall-merkanzija/passiġġieri;

(i) “miżura ta' akkumpanjament” tfisser kull miżura li tfittex li tipprepara għal jew li tappoġġja azzjonijiet kurrenti jew tal-ġejjieni, inter alia, attivitajiet ta' tixrid (ta' informazzjoni) u monitoraġġ u evalwazzjoni tal-proġetti, kif ukoll il-ġbir u l-analiżi tad-data ta’statistika; miżuri maħsuba għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti, proċessi jew servizzi, attivitajiet ta’ marketing u promozzjoni tal-bejgħ m’humiex miżuri ta' akkumpanjament;

(j) “miżura preparatorja” tfisser kull miżura meħuda fi preparazzjoni għal azzjoni ta' kataliżi, ta' triq tal-baħar jew għall-evitar tat-traffiku bħalma huma studji tekniċi, operattivi jew ta’ fattibilità finanzjarja u ttestjar ta’ apparat;

(k) “impriża” tfisser kull entità li hija mdaħħla f’attività ekonomika, mingħajr ma jingħata każ ta’ l-istatus legali ta’ l-entità u tal-mod ta’ kif hija ffinanzjata;

(l) “konsorzju” ifisser kull arranġament li jiġi esegwit minn għall-inqas żewġ impriżi flimkien u li jaqsmu l-riskju li għandu x’jaqsam ma’ l-azzjoni;

(m) “kilometru-tunnellata” tfisser it-trasport ta’ tunellata merkanzija, jew l-ekwivalenti volumetriku tagħha fuq distanza ta’ kilometru;

(n) “kilometru-vettura” tfisser il-moviment ta’ trakk, mgħobbi jew vojt, fuq distanza ta’ kilometru;

(o) “pajjiż terz fil-qrib” ifisser kull pajjiż li mhux membru ta' l-Unjoni Ewropea bi fruntiera komuni ma' l-Unjoni Ewropea jew b’linja tal-kosta f’baħar magħluq jew semi-magħluq li huwa kontigwu ma’ l-Unjoni Ewropea;

▼M1

(p) “merkanzija” tfisser, għall-iskop tal-kalkolu ta’ “tunellata-kilometru” mneħħija minn fuq it-triq, l-oġġetti trasportati, l-unità ta’ trasport intermodali flimkien mal-vettura tat-triq, inklużi unitajiet tat-trasport intermodali vojta u vetturi tat-triq vojta, f’każ li dawn jitneħħew minn fuq it-triq.

▼B

Artikolu 3 Kamp ta' applikazzjoni

Artikolu 3

Kamp ta' applikazzjoni

1.  Il-Programm ikopri azzjonijiet:

(a) li jinvolvu t-territorju ta’ mill-inqas żewġ Stati Membri,

jew

(b) li jinvolvu t-territorju ta’ mill-inqas Stat Membru wieħed u t-territorju ta’ pajjiż terz fil-qrib.

2.  Fejn azzjoni tinvolvi t-territorju ta’ pajjiż terz, infiq li jirriżulta fit-territorju ta’ dak il-pajjiż m'għandux ikun kopert mill-Programm, ħlief fiċ-ċirkostanzi stabbiliti fil-paragrafi 3 u 4.

3.  Il-Programm għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni minn pajjiżi li huma kandidati għall-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea. Il-parteċipazzjoni għandha tkun irregolata mill-kundizzjonijiet imniżżla fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ma’ dawk il-pajjiżi, u abbażi tar-regoli mniżżla fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta’ l-Assoċjazzjoni għal kull pajjiż ikkonċernat.

4.  Il-Programm għandu jkun miftuħ ukoll għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi EFTA u taż-ŻEE u pajjiżi terzi fil-qrib, abbażi ta’ l-approprjazzjonijiet supplementari skond il-proċeduri li għandhom jiġu miftehma ma’ dawk il-pajjiżi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.10.2009 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1692
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.