+ANNESS

ANNESS

ANNESS


Kondizzjonijiet ta’ finanzjament u rekwiżiti skont l-Artikolu 5(2)

Tip ta’ Azzjoni

A.  Katalist

Artikolu 5(1)(a)

B.  Autoroutes de la mer

Artikolu 5(1)(b)

C.  Bidla modali

Artikolu 5(1)(c)

D.  Evitar tat-traffiku

Artikolu 5(1)(d)

E.  Tagħlim komuni

Artikolu 5(1)(e)

1.  Il-kondizzjonijiet ta’ finanzjament

(a)  l-azzjoni ta’ kataliżi ser twettaq l-għanijiet tagħha f’perjodu massimu ta’ 60 xahar, u tibqa’ vijabbli wara dak il-perjodu, kif previst minn pjan tan-negozju realistiku;

(a)  l-Azzjoni ta’ Toroq tat-Tbaħħir ser twettaq l-għanijiet tagħha f’perjodu massimu ta’ 60 xahar, u tibqa’ vijabbli wara dak il-perjodu, kif previst minn pjan tan-negozju realistiku;

(a)  l-azzjoni ta’ bidla modali ser twettaq l-għanijiet tagħha f’perjodu massimu ta’ 36 xahar, u tibqa’ vijabbli wara dak il-perjodu, kif previst minn pjan tan-negozju realistiku;

(a)  l-azzjoni ta’ evitar tat-traffiku ser twettaq l-għanijiet tagħha f’perjodu massimu ta’ 60 xahar, u tibqa’ vijabbli wara dak il-perjodu, kif previst minn pjan tan-negozju realistiku;

(a)  l-azzjoni ta’ tagħlim komuni ser twassal għat-titjib tas-servizzi kummerċjali fis-suq, u b’mod partikolari għall-promozzjoni u/jew l-iffaċilitar tal-evitar tat-traffiku tat-triq jew il-bidla modali mit-toroq għat-trasport marittimu fuq distanzi qosra, il-ferroviji u l-passaġġi fuq l-ilmijiet interni permezz ta’ titjib tal-kooperazzjoni u tal-qsim ta’ għarfien; din ser iddum għal massimu ta’ 24 xahar;

(b)  l-azzjoni ta’ kataliżi hija innovattiva f’livell Ewropew, f’termini ta’ loġistika, teknoloġija, metodi, tagħmir, prodotti, infrastruttura jew servizzi mogħtija;

(b)  l-azzjoni ta’ Toroq tat-Tbaħħirhija innovattiva f’livell Ewropew, f’termini ta’ loġistika, teknoloġija, metodi, tagħmir, prodotti, infrastruttura jew servizzi mogħtija; ser titqies ukoll il-kwalità għolja tas-servizz, il-proċeduri u l-ispezzjonijiet issemplifikati, il-kisba ta’ livelli għolja ta’ sikurezza u ta’ sigurtà, l-aċċess tajjeb għall-portijiet, il-konnessjonijiet effiċjenti għal żoni interni fuq l-art u s-servizzi flessibbli u effiċjenti tal-portijiet;

(b)  l-azzjoni ta’ bidla modali mhix ser twassal għal distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-swieq rilevanti, partikolarment bejn il-mezzi tat-trasport alternattivi għat-trasport fuq it-toroq biss, jew fi ħdan kull mezz, li jmorru kontra l-interess komuni;

(b)  l-azzjoni tal-evitar tat-traffiku hija innovattiva f’livell Ewropew, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ integrazzjoni tal-loġistika tal-produzzjoni fil-loġistika tat-trasport;

(b)  l-azzjoni ta’ tagħlim komuni hija innovattiva f’livell Ewropew;

(c)  l-azzjoni ta’ kataliżi hija mistennija li twassal għal bidla modali reali, li tista’ titkejjel u li hija sostenibbli mit-trasport fuq it-toroq għat-trasport marittimu fuq distanzi qosra, il-ferroviji u l-passaġġi fuq l-ilmijiet interni;

(c)  l-azzjoni ta’ Toroq tat-Tbaħħir għandha l-għan li tinkoraġġixxi servizzi intermodali ta’ volum kbir u frekwenza għolja għat-trasport ta’ merkanzija, permezz ta’ trasport marittimu fuq distanzi qosra, inklużi servizzi kkombinati ta’ trasport ta’ merkanzija u passiġġieri kif jixraq, jew permezz ta’ kombinazzjoni ta’ trasport marittimu fuq distanzi qosra ma’ mezzi oħra ta’ trasport li fejn l-ivjaġġar fuq it-toroq ikun kemm jista’ jkun qasir; l-azzjoni għandha preferibbilment tinkludi servizzi ta’ trasport ta’ merkanzija integrati għal żoni interni fuq l-art bil-ferroviji u/jew permezz tal-passaġġi fuq l-ilmijiet interni;

(c)  l-azzjoni ta’ bidla modali tipproponi pjan realistiku li jispeċifika l-istadji speċifiċi li permezz tagħhom taspira li tilħaq l-għanijiet tagħha;

(c)  l-azzjoni għall-evitar tat-traffiku timmira li tinkoraġġixxi effiċjenza ogħla fit-trasport internazzjonali tal-merkanzija fis-swieq Ewropej mingħajr ma xxekkel it-tkabbir ekonomiku billi tiffoka fuq il-modifika tal-proċessi ta’ produzzjoni u/jew ta’ distribuzzjoni, biex b’hekk tikseb distanzi iqsar, fatturi ta’ tagħbija ogħla, inqas vjaġġi vojta, tnaqqis ta’ flussi ta’ skart, tnaqqis tal-volum, u/jew piż jew kwalunkwe effett ieħor li jwassal għal tnaqqis sinifikanti tat-traffiku tal-merkanzija fit-toroq, iżda mingħajr ma taffettwa b’mod negattiv il-livelli ta’ produzzjoni jew il-ħaddiema;

(c)  l-azzjoni ta’ tagħlim komuni mhix ser twassal għal distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-swieq rilevanti, b’mod partikolari bejn il-mezzi tat-trasport alternattivi għal trasport fuq it-toroq, waħdu jew fi ħdan kull mezz, li jmorru kontra l-interess komuni;

(d)  l-azzjoni ta’ kataliżi tipproponi pjan realistiku li jniżżel stadji speċifiċi biex iwettaq l-għanijiet tiegħu u li jidentifika l-ħtieġa ta’ għajnuna mill-Kummissjoni fir-rigward tal-għotja ta’ direzzjoni;

(d)  l-azzjoni ta’ Toroq tat-Tbaħħir hija mistennija li twassal għal bidla modali reali, li tista titkejjel u li tkun sostenibbli ogħla mir-rata ta’ tkabbir ta’ trasport ta’ merkanzija fuq it-toroq imbassra, mit-toroq għat-trasport marittimu fuq distanzi qosra, il-passaġġi fuq l-ilmijiet interni jew il-ferroviji;

(d)  meta l-azzjoni ta’ bidla modali tirrikjedi l-użu ta’servizzi pprovduti minn partijiet terzi għall-ftehim ta’ sussidju, l-applikanti għandhom jagħtu prova ta’ proċedura trasparenti, oġġettiva u mhux diskriminatorja għall-għażla tas-servizzi rilevanti.

 

(d)  l-azzjoni ta’ tagħlim komuni tipproponi pjan realistiku li jispeċifika l-istadji partikolari li permezz tagħhom tfittex li tilħaq l-għanijiet tagħha u tidentifika l-ħtieġa għall-għajnuna tal-Kummissjoni f’dak li għandu x’jaqsam mat-tmexxija.

(e)  l-azzjoni ta’ kataliżi mhix ser twassal għal distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-swieq rilevanti, b’mod partikolari bejn il-mezzi tat-trasport alternattivi għat-trasport fuq it-toroq waħdu jew fi ħdan kull mezz, sa punt li jmur kontra l-interess komuni;

(e)  l-azzjoni ta’ Toroq tat-Tbaħħir tipproponi pjan realistiku li jispeċifika l-istadji partikolari li permezz tagħhom tfittex li tilħaq l-għanijiet tagħha u tidentifika il-ħtieġa għall-għajnuna tal-Kummissjoni f’dak li għandu x’jaqsam mat-tmexxija;

 

(d)  il-miżura tal-evitar tat-traffiku tipproponi pjan realistiku li jispeċifika l-istadji partikolari li permezz tagħhom taspira li tilħaq l-għanijiet tagħha u tidentifika l-ħtieġa għall-għajnuna tal-Kummissjoni f’dak li għandu x’jaqsam mat-tmexxija;

 

(f)  meta l-azzjoni teħtieġ l-użu ta’ servizzi pprovduti minn partijiet terzi għall-ftehim ta’ sussidju, l-applikanti għandhom jagħtu prova ta’ proċedura trasparenti, oġġettiva u mhux diskriminatorja għall-għażla tas-servizzi rilevanti.

(f)  l-azzjoni ta’ Toroq tat-Tbaħħir mhix ser twassal għal distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-swieq rilevanti, b’mod partikolari bejn il-mezzi tat-trasport alternattivi għat-trasport fuq it-toroq, waħdu jew fi ħdan kull mezz, li jmorru kontra l-interess komuni;

 

(f)  l-azzjoni ta’ evitar tat-traffiku mhix ser twassal għal distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-swieq rilevanti b’mod partikolari bejn il-mezzi tat-trasport alternattivi għat-trasport tat-triq, waħdu jew fi ħdan kull mezz, sal-punt li jmur kontra l-interess komuni;

 
 

(g)  meta l-azzjoni ta’ Toroq tat-Tbaħħir teħtieġ l-użu ta’ servizzi pprovduti minn partijiet terzi għall-ftehim ta’ sussidju, l-applikant għandu jippreżenta prova ta’ proċedura trasparenti, oġġettiva u mhux diskriminatorja għall-għażla tas-servizzi rilevanti.

 

(f)  Meta l-azzjoni tal-evitar ta’ traffiku teħtieġ l-użu ta’ servizzi pprovduti minn partijiet terzi għall-ftehim ta’ sussidju, l-applikant għandu jippreżenta prova ta’ proċedura trasparenti, oġġettiva u mhux-diskriminatorja għall-għażla tas-servizzi rilevanti.

 

2.  L-intensità u l-ambitu tal-finanzjament

(a)  L-għajnuna finanzjarja Komunitarja għall-azzjonijiet ta’ kataliżi għandha tkun limitata għal massimu ta’ 35 % tan-nefqa totali meħtieġa sabiex jitwettqu l-għanijiet tal-azzjoni u li seħħew b’riżultat tal-azzjoni. Tali nefqa għandha tkun eliġibbli għall-għajnuna finanzjarja Komunitarja, sa fejn għandha x’taqsam direttament mal-implimentazzjoni tal-azzjoni. L-ispejjeż eliġibbli relatati mal-infrastruttura anċillari m’għandhomx ikunu akbar minn 20 % tat-total tal-ispejjeż eliġibbli għall-azzjoni.

(a)  L-għajnuna finanzjarja mill-Komunità għall-azzjonijiet ta’ Toroq tat-Tbaħħir għandha tkun limitata għal massimu ta’ 35 % tan-nefqa totali meħtieġa sabiex jitwettqu l-għanijiet tal-azzjoni u li seħħew b’riżultat tal-azzjoni. Tali nefqa għandha tkun eliġibbli għall-għajnuna finanzjarja Komunitarja, sa fejn għandha x’taqsam direttament mal-implimentazzjoni tal-azzjoni. L-ispejjeż eliġibbli relatati mal-infrastruttura anċillari ma għandhomx ikunu akbar minn 20 % tat-total tal-ispejjeż eliġibbli għall-azzjoni.

(a)  L-għajnuna finanzjarja mill-Komunità għall-azzjonijiet ta’ bidla modali għandha tkun limitata għal massimu ta’ 35 % tan-nefqa totali meħtieġa sabiex jitwettqu l-għanijiet tal-azzjoni u li seħħew b’riżultat tal-azzjoni. Tali nefqa għandha tkun eliġibbli għall-għajnuna finanzjarja Komunitarja, sa fejn għandha x’taqsam direttament mal-implimentazzjoni tal-azzjoni. L-ispejjeż eliġibbli relatati mal-infrastruttura anċillari ma għandhomx ikunu akbar minn 20 % tat-total tal-ispejjeż eliġibbli għall-azzjoni.

(a)  L-għajnuna finanzjarja mill-Komunità għall-azzjonijiet ta’ evitar tat-traffiku għandha tkun limitata għal massimu ta’ 35 % tan-nefqa totali meħtieġa sabiex jitwettqu l-għanijiet tal-azzjoni u li seħħew b’riżultat tal-azzjoni. Tali nefqa għandha tkun eliġibbli għall-għajnuna finanzjarja Komunitarja, sa fejn għandha x’taqsam direttament mal-implimentazzjoni tal-azzjoni. L-ispejjeż eliġibbli relatati mal-infrastruttura anċillari ma għandhomx ikunu akbar minn 20 % tat-total tal-ispejjeż eliġibbli għall-azzjoni.

(a)  L-għajnuna finanzjarja Komunitarja għal azzjonijiet ta’ tagħlim komuni għandha tkun limitata għal massimu ta’ 50 % tan-nefqa totali meħtieġa sabiex jitwettqu l-għanijiet tal-azzjoni u li seħħew b’riżultat tal-azzjoni. Tali nefqa għandha tkun eliġibbli għall-għajnuna finanzjarja Komunitarja, sa fejn għandha x’taqsam direttament mal-implimentazzjoni tal-azzjoni.

In-nefqa mġarrba fid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni taħt il-proċedura tal-għażla jew wara din id-data għandha tkun eliġibbli għal għajnuna finanzjarja Komunitarja sakemm tingħata l-approvazzjoni finali għall-fondi tal-Komunità. Kontribut għall-ispejjeż tal-assi mobbli għandu jiddependi fuq l-obbligu li jiġu użati tali assi matul il-perjodu li fih tingħata l-għajnuna, prinċipalment għall-azzjoni kif iddefinita fil-ftehim tas-sussidju.

In-nefqa mġarrba fid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni taħt il-proċedura tal-għażla jew wara din id-data għandha tkun eliġibbli għal għajnuna finanzjarja Komunitarja sakemm tingħata l-approvazzjoni finali għall-fondi tal-Komunità. Kontribut għall-ispejjeż tal-assi mobbli għandu jiddependi fuq l-obbligu li jiġu użati tali assi matul il-perjodu li fih tingħata l-għajnuna, prinċipalment għall-azzjoni kif iddefinita fil-ftehim tas-sussidju.

In-nefqa mġarrba fid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni taħt il-proċedura tal-għażla jew wara din id-data għandha tkun eliġibbli għal għajnuna finanzjarja Komunitarja sakemm tingħata l-approvazzjoni finali għall-fondi tal-Komunità. Kontribut għall-ispejjeż tal-assi mobbli għandu jiddependi fuq l-obbligu li jiġu użati tali assi matul il-perjodu li fih tingħata l-għajnuna, prinċipalment għall-azzjoni kif iddefinita fil-ftehim tas-sussidju.

In-nefqa mġarrba fid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni taħt il-proċedura tal-għażla jew wara din id-data għandha tkun eliġibbli għal għajnuna finanzjarja Komunitarja sakemm tingħata l-approvazzjoni finali għall-fondi tal-Komunità. Kontribut għall-ispejjeż tal-assi mobbli għandu jiddependi fuq l-obbligu li jiġu użati tali assi matul il-perjodu li fih tingħata l-għajnuna, prinċipalment għall-azzjoni kif iddefinita fil-ftehim tas-sussidju.

In-nefqa mġarrba fid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni taħt il-proċedura tal-għażla jew wara din id-data għandha tkun eliġibbli għal għajnuna finanzjarja Komunitarja sakemm tingħata l-approvazzjoni finali għall-fondi tal-Komunità.

 
 
 

(b)  L-għajnuna finanzjarja Komunitarja għall-azzjonijiet ta’ evitar tat-traffiku ma’ għandhiex tintuża biex tappoġġa impriżi jew attivitajiet ta’ produzzjoni li m’għandhom x’jaqsmu xejn ma’ trasport jew distribuzzjoni.

 

(b)  L-għajnuna finanzjarja Komunitarja, iddeterminata mill-Kummissjoni abbażi tat-tunnellati-kilometri li ġew ittrasferiti minn fuq it-toroq għat-trasport marittimu fuq distanzi qosra, il-ferroviji u l-passaġġi fuq l-ilmijiet interni, għandha għall-bidu tkun ta’ EUR 2 għal kull trasferiment ta’ 500 tunnellata-kilometru ta’ merkanzija fuq it-toroq. Dan l-ammont indikattiv jista’ jiġi aġġustat, partikolarment, skont il-kwalità tal-azzjoni jew il-benefiċċju reali ambjentali miksub.

(b)  L-għajnuna finanzjarja Komunitarja, iddeterminata mill-Kummissjoni abbażi tat-tunnellati-kilometri li ġew ittrasferiti minn fuq it-toroq għat-trasport marittimu fuq distanzi qosra, il-ferroviji u l-passaġġi fuq l-ilmijiet interni, għandha għall-bidu tkun ta’ EUR 2 għal kull trasferiment ta’ 500 tunnellata-kilometru ta’ merkanzija fuq it-toroq. Dan l-ammont indikattiv jista’ jiġi aġġustat, partikolarment, skont il-kwalità tal-azzjoni jew il-benefiċċju reali ambjentali miksub.

(b)  L-għajnuna finanzjarja Komunitarja, iddeterminata mill-Kummissjoni abbażi tat-tunnellati-kilometri li ġew ittrasferiti minn fuq it-toroq għat-trasport marittimu fuq distanzi qosra, il-ferroviji u l-passaġġi fuq l-ilmijiet interni, għandha għall-bidu tkun ta’ EUR 2 għal kull trasferiment ta’ 500 tunnellata-kilometru ta’ merkanzija fuq it-toroq. Dan l-ammont indikattiv jista’ jiġi aġġustat, partikolarment, skont il-kwalità tal-azzjoni jew il-benefiċċju reali ambjentali miksub.

(c)  L-għajnuna finanzjarja Komunitarja, għandha għall-bidu tkun ta’ EUR 2 għal kull 500 tunnellata-kilometru li ġew evitati jew 25 kilometru-vettura ta’ merkanzija fuq it-toroq. Dan l-ammont indikattiv jista’ jiġi aġġustat, partikolarment, skont il-kwalità tal-azzjoni jew il-benefiċċju reali ambjentali miksub.

 

(c)  Skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10(2), il-Kummissjoni tista’ terġa teżamina, minn żmien għall-ieħor kif meħtieġ, l-iżviluppi li għandhom x’jaqsmu mal-oġġetti li fuqhom huwa bbażat dan il-kalkolu u, jekk huwa meħtieġ, tadatta l-ammont ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja kif inhu meħtieġ.

(c)  Skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10(2), il-Kummissjoni tista’ terġa teżamina, minn żmien għall-ieħor kif meħtieġ, l-iżviluppi li għandhom x’jaqsmu mal-oġġetti li fuqhom huwa bbażat dan il-kalkolu u, jekk huwa meħtieġ, tadatta l-ammont ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja kif inhu meħtieġ.

(c)  Skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10(2), il-Kummissjoni tista’ terġa teżamina, minn żmien għall-ieħor kif meħtieġ, l-iżviluppi li għandhom x’jaqsmu mal-oġġetti li fuqhom huwa bbażat dan il-kalkolu u, jekk huwa meħtieġ, tadatta l-ammont ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja kif inhu meħtieġ.

(d)  Skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10(2), il-Kummissjoni tista’ terġa teżamina, minn żmien għall-ieħor kif meħtieġ, l-iżviluppi li għandhom x’jaqsmu mal-oġġetti li fuqhom huwa bbażat dan il-kalkolu u, jekk huwa meħtieġ, tadatta l-ammont ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja kif inhu meħtieġ.

 

3.  Il-forma u l-perjodu ta’ żmien tal-ftehim dwar is-sussidju

L-għajnuna finanzjarja għall-azzjonijiet ta’ kataliżi għandha tingħata abbażi ta’ ftehim dwar is-sussidji, u b’dispożizzjonijiet xierqa għat-tmexxija u l-monitoraġġ. Bħala regola, il-perjodu massimu ta’ dawn il-ftehimiet għandu jkun ta’ 62 xahar, u l-minimu ta’ 36 xahar. F’każ ta’ dewmien straordinarju ta’ implimentazzjoni per eżempju minħabba reċessjoni ekonomika straordinarja, ġġustifikat b’mod adegwat mill-benefiċjarju, tista’ tingħata estensjoni eċċezzjonali ta’ 6 xhur.

Għajnuna finanzjarja għall-azzjonijiet ta’ Toroq tat-Tbaħħir għandha tingħata abbażi ta’ ftehimiet dwar is-sussidji, u b’dispożizzjonijiet xierqa għat-tmexxija u l-monitoraġġ. Bħala regola, il-perjodu massimu ta’ dawn il-ftehimiet għandu jkun ta’ 62 xahar, u l-mimimu ta’36 xahar. F’każ ta’ dewmien straordinarju ta’ implimentazzjoni per eżempju minħabba reċessjoni ekonomika straordinarja, ġġustifikat b’mod adegwat mill-benefiċjarju, tista’ tingħata estensjoni eċċezzjonali ta’ 6 xhur.

Għajnuna finanzjarja għall-azzjonijiet ta’ bidla modali għandha tingħata abbażi ta’ ftehim dwar is-sussidji. Bħala regola, il-perjodu massimu ta’ dawn il-ftehimiet għandu jkun ta’ 38 xahar. F’każ ta’ dewmien straordinarju ta’ implimentazzjoni per eżempju minħabba reċessjoni ekonomika straordinarja, ġġustifikat b’mod adegwat mill-benefiċjarju, tista’ tingħata estensjoni eċċezzjonali ta’ 6 xhur.

Għajnuna finanzjarja għall-azzjonijiet ta’ evitar tat-traffiku għandha tingħata abbażi ta’ftehim dwar is-sussidji, u b’dispożizzjonijiet xierqa għat-tmexxija u l-monitoraġġ. Bħala regola, il-perjodu massimu ta’ dawn il-ftehimiet għandu jkun ta’ 62 xahar, u l-mimimu ta’ 36 xahar. F’każ ta’ dewmien straordinarju ta’ implimentazzjoni per eżempju minħabba reċessjoni ekonomika straordinarja, ġġustifikat b’mod adegwat mill-benefiċjarju, tista’ tingħata estensjoni eċċezzjonali ta’ 6 xhur.

L-għajnuna finanzjarja għall-azzjonijiet ta’ tagħlim komuni għandha tingħata abbażi ta’ ftehimiet dwar is-sussidji, u b’dispożizzjonijiet xierqa għat-tmexxija u l-monitoraġġ. Bħala regola, il-perjodu massimu ta’ dawn il-ftehimiet għandu jkun ta’ 26 xahar, li jista’ jiġi estiż b’rikjesta tal-benefiċjarju, fi ħdan il-pakkett baġitarju inizjali, għal perjodu addizjonali ta’ 26 xahar, jekk jinkisbu riżultati pożittivi matul l-ewwel 12-il xahar ta’ operazzjoni.

L-għajnuna finanzjarja Komunitarja m’għandhiex tkun imġedda aktar mill-perjodu massimu stipulat ta’ 62 xahar, jew ta’ 68 xahar f’każijiet eċċezzjonali.

L-għajnuna finanzjarja Komunitarja m’għandhiex tkun imġedda aktar mill-perjodu massimu stipulat ta’ 62 xahar, jew ta’ 68 xahar f’każijiet eċċezzjonali.

L-għajnuna finanzjarja Komunitarja m’għandhiex tkun imġedda aktar mill-perjodu massimu stipulat ta’ 38 xahar, jew ta’ 44 xahar f’każijiet eċċezzjonali.

L-għajnuna finanzjarja Komunitarja m’għandhiex tkun imġedda aktar mill-perjodu massimu stipulat ta’ 62 xahar, jew ta’ 68 xahar f’każijiet eċċezzjonali.

Għajnuna finanzjarja Komunitarja m’għandhiex tkun imġedda aktar mill-perjodu massimu stipulat ta’ 52 xahar.

4.  Il-limitu tal-valur tal-kuntratt

Il-limitu minimu indikattiv ta’ sussidju għal kull azzjoni ta’ kataliżi għandu jkun ta’ 30 miljun tunnellata-kilometru jew l-ekwivalenti volumetriku tiegħu ta’ bidla modali jew ta’ evitar tat-traffiku kull sena, li għandu jiġi implimentat tul il-ftehim kollu tas-sussidju.

Il-limitu minimu indikattiv ta’ sussidju għal kull azzjoni ta’ Toroq tat-Tbaħħir għandu jkun ta’ 200 miljun tunnellata-kilometru jew l-ekwivalenti volumetriku tiegħu ta’ bidla modali jew ta’ evitar tat-traffiku kull sena, li għandu jiġi implimentat tul il-ftehim kollu tas-sussidju.

Il-limitu minimu indikattiv ta’ sussidju għal kull azzjoni ta’ MoS għandu jkun ta’ 60 miljun tunnellata-kilometru jew l-ekwivalenti volumetriku tiegħu ta’ bidla modali jew ta’ evitar tat-traffiku kull sena, li għandu jiġi implimentat tul il-ftehim kollu tas-sussidju. L-azzjonijiet ta’ bidliet modali bil-għan li jimplimentaw trasferiment għall-passaġġi fuq l-ilmijiet Interni ser ikunu soġġetti għal-limitu speċjali ta’ 13-il miljun tunnellata-kilometru jew l-ekwivalenti volumetriku tiegħu ta’ bidla modali kull sena li għandu jiġi implimentat tul il-ħajja kollha tal-ftehim ta’ sussidju.

Il-limitu minimu indikattiv ta’ sussidju għal kull azzjoni ta’ evitar ta’ traffiku għandu jkun ta’ 80 miljun tunnellata-kilometru jew 4 miljun kilometru-vettura ta’ merkanzija fuq it-toroq evitati kull sena, li għandu jiġi implimentat tul il-ftehim kollu tas-sussidju.

Il-limitu minimu indikattiv għal kull azzjoni ta’ tagħlim komuni għanu jkun ta’ EUR 250 000.

5.  It-tixrid

Ir-riżultati u l-metodi tal-azzjonijiet ta’ kataliżi għandhom jixterdu, u għandu jitħeġġeġ l-iskambju tal-aħjar prattiki, kif speċifikat fi pjan ta’ tixrid, sabiex jgħinu biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament.

Ir-riżultati u l-metodi ta’ azzjonijiet ta’ Toroq tat-Tbaħħir għandhom jixterdu u l-iskambju tal-aħjar prattiki għandu jitħeġġeġ, kif speċifikat fil-pjan ta’ propogazzjoni, sabiex jgħinu biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament.

Attivitajiet ta’ tixrid speċifiċi għall-azzjonijiet ta’ bidla modali mhumiex previsti.

Ir-riżultati u l-metodi tal-azzjonijiet tal-evitar tat-traffiku għandhom jixterrdu, u għandu jitħeġġeġ l-iskambju tal-aħjar prattiki kif speċifikat fil-pjan ta’ tixrid, sabiex jgħinu biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament.

Ir-riżultati u l-metodi tal-azzjonijiet ta’ tagħlim komuni għandhom jixterrdu u għandu jitħeġġeġ l-iskambju tal-aħjar prattiki, kif speċifikat fil-pjan ta’ tixrid, sabiex jgħinu biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament.

▼M1 —————


( 1 ) ĠU C 234, 22.9.2005, p. 19.

( 2 ) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Mejju 2006 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Ottubru 2006.

( 3 ) ĠU L 196, 2.8.2003, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 788/2004 (ĠU L 138, 30.4.2004, p. 17).

( 4 ) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

( 5 ) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

( 6 ) ĠU L 228, 9.9.1996, p. 1.

( 7 ) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

( 8 ) Dan l-ammont huwa bbażat fuq figuri ta' l-2004 u għandu jkun suġġett għall-aġġustamenti tekniċi sabiex titqies l-inflazzjoni.

( 9 ) ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.

( 10 ) ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

( 11 ) ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.

( 12 ) ĠU L 266, 9.10.2009, p. 1.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.10.2009 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1692
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.