|
Tip ta’ Azzjoni
|
A. Katalist
Artikolu 5(1)(a)
|
B. Autoroutes de la mer
Artikolu 5(1)(b)
|
C. Bidla modali
Artikolu 5(1)(c)
|
D. Evitar tat-traffiku
Artikolu 5(1)(d)
|
E. Tagħlim komuni
Artikolu 5(1)(e)
|
|
1. Il-kondizzjonijiet ta’ finanzjament
|
(a) l-azzjoni ta’ kataliżi ser twettaq l-għanijiet tagħha f’perjodu massimu ta’ 60 xahar, u tibqa’ vijabbli wara dak il-perjodu, kif previst minn pjan tan-negozju realistiku;
|
(a) l-Azzjoni ta’ Toroq tat-Tbaħħir ser twettaq l-għanijiet tagħha f’perjodu massimu ta’ 60 xahar, u tibqa’ vijabbli wara dak il-perjodu, kif previst minn pjan tan-negozju realistiku;
|
(a) l-azzjoni ta’ bidla modali ser twettaq l-għanijiet tagħha f’perjodu massimu ta’ 36 xahar, u tibqa’ vijabbli wara dak il-perjodu, kif previst minn pjan tan-negozju realistiku;
|
(a) l-azzjoni ta’ evitar tat-traffiku ser twettaq l-għanijiet tagħha f’perjodu massimu ta’ 60 xahar, u tibqa’ vijabbli wara dak il-perjodu, kif previst minn pjan tan-negozju realistiku;
|
(a) l-azzjoni ta’ tagħlim komuni ser twassal għat-titjib tas-servizzi kummerċjali fis-suq, u b’mod partikolari għall-promozzjoni u/jew l-iffaċilitar tal-evitar tat-traffiku tat-triq jew il-bidla modali mit-toroq għat-trasport marittimu fuq distanzi qosra, il-ferroviji u l-passaġġi fuq l-ilmijiet interni permezz ta’ titjib tal-kooperazzjoni u tal-qsim ta’ għarfien; din ser iddum għal massimu ta’ 24 xahar;
|
|
(b) l-azzjoni ta’ kataliżi hija innovattiva f’livell Ewropew, f’termini ta’ loġistika, teknoloġija, metodi, tagħmir, prodotti, infrastruttura jew servizzi mogħtija;
|
(b) l-azzjoni ta’ Toroq tat-Tbaħħirhija innovattiva f’livell Ewropew, f’termini ta’ loġistika, teknoloġija, metodi, tagħmir, prodotti, infrastruttura jew servizzi mogħtija; ser titqies ukoll il-kwalità għolja tas-servizz, il-proċeduri u l-ispezzjonijiet issemplifikati, il-kisba ta’ livelli għolja ta’ sikurezza u ta’ sigurtà, l-aċċess tajjeb għall-portijiet, il-konnessjonijiet effiċjenti għal żoni interni fuq l-art u s-servizzi flessibbli u effiċjenti tal-portijiet;
|
(b) l-azzjoni ta’ bidla modali mhix ser twassal għal distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-swieq rilevanti, partikolarment bejn il-mezzi tat-trasport alternattivi għat-trasport fuq it-toroq biss, jew fi ħdan kull mezz, li jmorru kontra l-interess komuni;
|
(b) l-azzjoni tal-evitar tat-traffiku hija innovattiva f’livell Ewropew, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ integrazzjoni tal-loġistika tal-produzzjoni fil-loġistika tat-trasport;
|
(b) l-azzjoni ta’ tagħlim komuni hija innovattiva f’livell Ewropew;
|
|
(c) l-azzjoni ta’ kataliżi hija mistennija li twassal għal bidla modali reali, li tista’ titkejjel u li hija sostenibbli mit-trasport fuq it-toroq għat-trasport marittimu fuq distanzi qosra, il-ferroviji u l-passaġġi fuq l-ilmijiet interni;
|
(c) l-azzjoni ta’ Toroq tat-Tbaħħir għandha l-għan li tinkoraġġixxi servizzi intermodali ta’ volum kbir u frekwenza għolja għat-trasport ta’ merkanzija, permezz ta’ trasport marittimu fuq distanzi qosra, inklużi servizzi kkombinati ta’ trasport ta’ merkanzija u passiġġieri kif jixraq, jew permezz ta’ kombinazzjoni ta’ trasport marittimu fuq distanzi qosra ma’ mezzi oħra ta’ trasport li fejn l-ivjaġġar fuq it-toroq ikun kemm jista’ jkun qasir; l-azzjoni għandha preferibbilment tinkludi servizzi ta’ trasport ta’ merkanzija integrati għal żoni interni fuq l-art bil-ferroviji u/jew permezz tal-passaġġi fuq l-ilmijiet interni;
|
(c) l-azzjoni ta’ bidla modali tipproponi pjan realistiku li jispeċifika l-istadji speċifiċi li permezz tagħhom taspira li tilħaq l-għanijiet tagħha;
|
(c) l-azzjoni għall-evitar tat-traffiku timmira li tinkoraġġixxi effiċjenza ogħla fit-trasport internazzjonali tal-merkanzija fis-swieq Ewropej mingħajr ma xxekkel it-tkabbir ekonomiku billi tiffoka fuq il-modifika tal-proċessi ta’ produzzjoni u/jew ta’ distribuzzjoni, biex b’hekk tikseb distanzi iqsar, fatturi ta’ tagħbija ogħla, inqas vjaġġi vojta, tnaqqis ta’ flussi ta’ skart, tnaqqis tal-volum, u/jew piż jew kwalunkwe effett ieħor li jwassal għal tnaqqis sinifikanti tat-traffiku tal-merkanzija fit-toroq, iżda mingħajr ma taffettwa b’mod negattiv il-livelli ta’ produzzjoni jew il-ħaddiema;
|
(c) l-azzjoni ta’ tagħlim komuni mhix ser twassal għal distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-swieq rilevanti, b’mod partikolari bejn il-mezzi tat-trasport alternattivi għal trasport fuq it-toroq, waħdu jew fi ħdan kull mezz, li jmorru kontra l-interess komuni;
|
|
(d) l-azzjoni ta’ kataliżi tipproponi pjan realistiku li jniżżel stadji speċifiċi biex iwettaq l-għanijiet tiegħu u li jidentifika l-ħtieġa ta’ għajnuna mill-Kummissjoni fir-rigward tal-għotja ta’ direzzjoni;
|
(d) l-azzjoni ta’ Toroq tat-Tbaħħir hija mistennija li twassal għal bidla modali reali, li tista titkejjel u li tkun sostenibbli ogħla mir-rata ta’ tkabbir ta’ trasport ta’ merkanzija fuq it-toroq imbassra, mit-toroq għat-trasport marittimu fuq distanzi qosra, il-passaġġi fuq l-ilmijiet interni jew il-ferroviji;
|
(d) meta l-azzjoni ta’ bidla modali tirrikjedi l-użu ta’servizzi pprovduti minn partijiet terzi għall-ftehim ta’ sussidju, l-applikanti għandhom jagħtu prova ta’ proċedura trasparenti, oġġettiva u mhux diskriminatorja għall-għażla tas-servizzi rilevanti.
|
|
(d) l-azzjoni ta’ tagħlim komuni tipproponi pjan realistiku li jispeċifika l-istadji partikolari li permezz tagħhom tfittex li tilħaq l-għanijiet tagħha u tidentifika l-ħtieġa għall-għajnuna tal-Kummissjoni f’dak li għandu x’jaqsam mat-tmexxija.
|
|
(e) l-azzjoni ta’ kataliżi mhix ser twassal għal distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-swieq rilevanti, b’mod partikolari bejn il-mezzi tat-trasport alternattivi għat-trasport fuq it-toroq waħdu jew fi ħdan kull mezz, sa punt li jmur kontra l-interess komuni;
|
(e) l-azzjoni ta’ Toroq tat-Tbaħħir tipproponi pjan realistiku li jispeċifika l-istadji partikolari li permezz tagħhom tfittex li tilħaq l-għanijiet tagħha u tidentifika il-ħtieġa għall-għajnuna tal-Kummissjoni f’dak li għandu x’jaqsam mat-tmexxija;
|
|
(d) il-miżura tal-evitar tat-traffiku tipproponi pjan realistiku li jispeċifika l-istadji partikolari li permezz tagħhom taspira li tilħaq l-għanijiet tagħha u tidentifika l-ħtieġa għall-għajnuna tal-Kummissjoni f’dak li għandu x’jaqsam mat-tmexxija;
|
|
|
(f) meta l-azzjoni teħtieġ l-użu ta’ servizzi pprovduti minn partijiet terzi għall-ftehim ta’ sussidju, l-applikanti għandhom jagħtu prova ta’ proċedura trasparenti, oġġettiva u mhux diskriminatorja għall-għażla tas-servizzi rilevanti.
|
(f) l-azzjoni ta’ Toroq tat-Tbaħħir mhix ser twassal għal distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-swieq rilevanti, b’mod partikolari bejn il-mezzi tat-trasport alternattivi għat-trasport fuq it-toroq, waħdu jew fi ħdan kull mezz, li jmorru kontra l-interess komuni;
|
|
(f) l-azzjoni ta’ evitar tat-traffiku mhix ser twassal għal distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-swieq rilevanti b’mod partikolari bejn il-mezzi tat-trasport alternattivi għat-trasport tat-triq, waħdu jew fi ħdan kull mezz, sal-punt li jmur kontra l-interess komuni;
|
|
|
|
(g) meta l-azzjoni ta’ Toroq tat-Tbaħħir teħtieġ l-użu ta’ servizzi pprovduti minn partijiet terzi għall-ftehim ta’ sussidju, l-applikant għandu jippreżenta prova ta’ proċedura trasparenti, oġġettiva u mhux diskriminatorja għall-għażla tas-servizzi rilevanti.
|
|
(f) Meta l-azzjoni tal-evitar ta’ traffiku teħtieġ l-użu ta’ servizzi pprovduti minn partijiet terzi għall-ftehim ta’ sussidju, l-applikant għandu jippreżenta prova ta’ proċedura trasparenti, oġġettiva u mhux-diskriminatorja għall-għażla tas-servizzi rilevanti.
|
|
|
2. L-intensità u l-ambitu tal-finanzjament
|
(a) L-għajnuna finanzjarja Komunitarja għall-azzjonijiet ta’ kataliżi għandha tkun limitata għal massimu ta’ 35 % tan-nefqa totali meħtieġa sabiex jitwettqu l-għanijiet tal-azzjoni u li seħħew b’riżultat tal-azzjoni. Tali nefqa għandha tkun eliġibbli għall-għajnuna finanzjarja Komunitarja, sa fejn għandha x’taqsam direttament mal-implimentazzjoni tal-azzjoni. L-ispejjeż eliġibbli relatati mal-infrastruttura anċillari m’għandhomx ikunu akbar minn 20 % tat-total tal-ispejjeż eliġibbli għall-azzjoni.
|
(a) L-għajnuna finanzjarja mill-Komunità għall-azzjonijiet ta’ Toroq tat-Tbaħħir għandha tkun limitata għal massimu ta’ 35 % tan-nefqa totali meħtieġa sabiex jitwettqu l-għanijiet tal-azzjoni u li seħħew b’riżultat tal-azzjoni. Tali nefqa għandha tkun eliġibbli għall-għajnuna finanzjarja Komunitarja, sa fejn għandha x’taqsam direttament mal-implimentazzjoni tal-azzjoni. L-ispejjeż eliġibbli relatati mal-infrastruttura anċillari ma għandhomx ikunu akbar minn 20 % tat-total tal-ispejjeż eliġibbli għall-azzjoni.
|
(a) L-għajnuna finanzjarja mill-Komunità għall-azzjonijiet ta’ bidla modali għandha tkun limitata għal massimu ta’ 35 % tan-nefqa totali meħtieġa sabiex jitwettqu l-għanijiet tal-azzjoni u li seħħew b’riżultat tal-azzjoni. Tali nefqa għandha tkun eliġibbli għall-għajnuna finanzjarja Komunitarja, sa fejn għandha x’taqsam direttament mal-implimentazzjoni tal-azzjoni. L-ispejjeż eliġibbli relatati mal-infrastruttura anċillari ma għandhomx ikunu akbar minn 20 % tat-total tal-ispejjeż eliġibbli għall-azzjoni.
|
(a) L-għajnuna finanzjarja mill-Komunità għall-azzjonijiet ta’ evitar tat-traffiku għandha tkun limitata għal massimu ta’ 35 % tan-nefqa totali meħtieġa sabiex jitwettqu l-għanijiet tal-azzjoni u li seħħew b’riżultat tal-azzjoni. Tali nefqa għandha tkun eliġibbli għall-għajnuna finanzjarja Komunitarja, sa fejn għandha x’taqsam direttament mal-implimentazzjoni tal-azzjoni. L-ispejjeż eliġibbli relatati mal-infrastruttura anċillari ma għandhomx ikunu akbar minn 20 % tat-total tal-ispejjeż eliġibbli għall-azzjoni.
|
(a) L-għajnuna finanzjarja Komunitarja għal azzjonijiet ta’ tagħlim komuni għandha tkun limitata għal massimu ta’ 50 % tan-nefqa totali meħtieġa sabiex jitwettqu l-għanijiet tal-azzjoni u li seħħew b’riżultat tal-azzjoni. Tali nefqa għandha tkun eliġibbli għall-għajnuna finanzjarja Komunitarja, sa fejn għandha x’taqsam direttament mal-implimentazzjoni tal-azzjoni.
|
|
In-nefqa mġarrba fid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni taħt il-proċedura tal-għażla jew wara din id-data għandha tkun eliġibbli għal għajnuna finanzjarja Komunitarja sakemm tingħata l-approvazzjoni finali għall-fondi tal-Komunità. Kontribut għall-ispejjeż tal-assi mobbli għandu jiddependi fuq l-obbligu li jiġu użati tali assi matul il-perjodu li fih tingħata l-għajnuna, prinċipalment għall-azzjoni kif iddefinita fil-ftehim tas-sussidju.

In-nefqa mġarrba fid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni taħt il-proċedura tal-għażla jew wara din id-data għandha tkun eliġibbli għal għajnuna finanzjarja Komunitarja sakemm tingħata l-approvazzjoni finali għall-fondi tal-Komunità.
|
|
|
|
|
(b) L-għajnuna finanzjarja Komunitarja għall-azzjonijiet ta’ evitar tat-traffiku ma’ għandhiex tintuża biex tappoġġa impriżi jew attivitajiet ta’ produzzjoni li m’għandhom x’jaqsmu xejn ma’ trasport jew distribuzzjoni.
|
|
|
(b) L-għajnuna finanzjarja Komunitarja, iddeterminata mill-Kummissjoni abbażi tat-tunnellati-kilometri li ġew ittrasferiti minn fuq it-toroq għat-trasport marittimu fuq distanzi qosra, il-ferroviji u l-passaġġi fuq l-ilmijiet interni, għandha għall-bidu tkun ta’ EUR 2 għal kull trasferiment ta’ 500 tunnellata-kilometru ta’ merkanzija fuq it-toroq. Dan l-ammont indikattiv jista’ jiġi aġġustat, partikolarment, skont il-kwalità tal-azzjoni jew il-benefiċċju reali ambjentali miksub.

(c) L-għajnuna finanzjarja Komunitarja, għandha għall-bidu tkun ta’ EUR 2 għal kull 500 tunnellata-kilometru li ġew evitati jew 25 kilometru-vettura ta’ merkanzija fuq it-toroq. Dan l-ammont indikattiv jista’ jiġi aġġustat, partikolarment, skont il-kwalità tal-azzjoni jew il-benefiċċju reali ambjentali miksub.
|
|
|
(c) Skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10(2), il-Kummissjoni tista’ terġa teżamina, minn żmien għall-ieħor kif meħtieġ, l-iżviluppi li għandhom x’jaqsmu mal-oġġetti li fuqhom huwa bbażat dan il-kalkolu u, jekk huwa meħtieġ, tadatta l-ammont ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja kif inhu meħtieġ.

(d) Skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10(2), il-Kummissjoni tista’ terġa teżamina, minn żmien għall-ieħor kif meħtieġ, l-iżviluppi li għandhom x’jaqsmu mal-oġġetti li fuqhom huwa bbażat dan il-kalkolu u, jekk huwa meħtieġ, tadatta l-ammont ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja kif inhu meħtieġ.
|
|
|
3. Il-forma u l-perjodu ta’ żmien tal-ftehim dwar is-sussidju
|
L-għajnuna finanzjarja għall-azzjonijiet ta’ kataliżi għandha tingħata abbażi ta’ ftehim dwar is-sussidji, u b’dispożizzjonijiet xierqa għat-tmexxija u l-monitoraġġ. Bħala regola, il-perjodu massimu ta’ dawn il-ftehimiet għandu jkun ta’ 62 xahar, u l-minimu ta’ 36 xahar. F’każ ta’ dewmien straordinarju ta’ implimentazzjoni per eżempju minħabba reċessjoni ekonomika straordinarja, ġġustifikat b’mod adegwat mill-benefiċjarju, tista’ tingħata estensjoni eċċezzjonali ta’ 6 xhur.
|
Għajnuna finanzjarja għall-azzjonijiet ta’ Toroq tat-Tbaħħir għandha tingħata abbażi ta’ ftehimiet dwar is-sussidji, u b’dispożizzjonijiet xierqa għat-tmexxija u l-monitoraġġ. Bħala regola, il-perjodu massimu ta’ dawn il-ftehimiet għandu jkun ta’ 62 xahar, u l-mimimu ta’36 xahar. F’każ ta’ dewmien straordinarju ta’ implimentazzjoni per eżempju minħabba reċessjoni ekonomika straordinarja, ġġustifikat b’mod adegwat mill-benefiċjarju, tista’ tingħata estensjoni eċċezzjonali ta’ 6 xhur.
|
Għajnuna finanzjarja għall-azzjonijiet ta’ bidla modali għandha tingħata abbażi ta’ ftehim dwar is-sussidji. Bħala regola, il-perjodu massimu ta’ dawn il-ftehimiet għandu jkun ta’ 38 xahar. F’każ ta’ dewmien straordinarju ta’ implimentazzjoni per eżempju minħabba reċessjoni ekonomika straordinarja, ġġustifikat b’mod adegwat mill-benefiċjarju, tista’ tingħata estensjoni eċċezzjonali ta’ 6 xhur.
|
Għajnuna finanzjarja għall-azzjonijiet ta’ evitar tat-traffiku għandha tingħata abbażi ta’ftehim dwar is-sussidji, u b’dispożizzjonijiet xierqa għat-tmexxija u l-monitoraġġ. Bħala regola, il-perjodu massimu ta’ dawn il-ftehimiet għandu jkun ta’ 62 xahar, u l-mimimu ta’ 36 xahar. F’każ ta’ dewmien straordinarju ta’ implimentazzjoni per eżempju minħabba reċessjoni ekonomika straordinarja, ġġustifikat b’mod adegwat mill-benefiċjarju, tista’ tingħata estensjoni eċċezzjonali ta’ 6 xhur.
|
L-għajnuna finanzjarja għall-azzjonijiet ta’ tagħlim komuni għandha tingħata abbażi ta’ ftehimiet dwar is-sussidji, u b’dispożizzjonijiet xierqa għat-tmexxija u l-monitoraġġ. Bħala regola, il-perjodu massimu ta’ dawn il-ftehimiet għandu jkun ta’ 26 xahar, li jista’ jiġi estiż b’rikjesta tal-benefiċjarju, fi ħdan il-pakkett baġitarju inizjali, għal perjodu addizjonali ta’ 26 xahar, jekk jinkisbu riżultati pożittivi matul l-ewwel 12-il xahar ta’ operazzjoni.
|
|
L-għajnuna finanzjarja Komunitarja m’għandhiex tkun imġedda aktar mill-perjodu massimu stipulat ta’ 62 xahar, jew ta’ 68 xahar f’każijiet eċċezzjonali.
|
L-għajnuna finanzjarja Komunitarja m’għandhiex tkun imġedda aktar mill-perjodu massimu stipulat ta’ 62 xahar, jew ta’ 68 xahar f’każijiet eċċezzjonali.
|
L-għajnuna finanzjarja Komunitarja m’għandhiex tkun imġedda aktar mill-perjodu massimu stipulat ta’ 38 xahar, jew ta’ 44 xahar f’każijiet eċċezzjonali.
|
L-għajnuna finanzjarja Komunitarja m’għandhiex tkun imġedda aktar mill-perjodu massimu stipulat ta’ 62 xahar, jew ta’ 68 xahar f’każijiet eċċezzjonali.
|
Għajnuna finanzjarja Komunitarja m’għandhiex tkun imġedda aktar mill-perjodu massimu stipulat ta’ 52 xahar.
|
|
4. Il-limitu tal-valur tal-kuntratt
|
Il-limitu minimu indikattiv ta’ sussidju għal kull azzjoni ta’ kataliżi għandu jkun ta’ 30 miljun tunnellata-kilometru jew l-ekwivalenti volumetriku tiegħu ta’ bidla modali jew ta’ evitar tat-traffiku kull sena, li għandu jiġi implimentat tul il-ftehim kollu tas-sussidju.
|
Il-limitu minimu indikattiv ta’ sussidju għal kull azzjoni ta’ Toroq tat-Tbaħħir għandu jkun ta’ 200 miljun tunnellata-kilometru jew l-ekwivalenti volumetriku tiegħu ta’ bidla modali jew ta’ evitar tat-traffiku kull sena, li għandu jiġi implimentat tul il-ftehim kollu tas-sussidju.
|
Il-limitu minimu indikattiv ta’ sussidju għal kull azzjoni ta’ MoS għandu jkun ta’ 60 miljun tunnellata-kilometru jew l-ekwivalenti volumetriku tiegħu ta’ bidla modali jew ta’ evitar tat-traffiku kull sena, li għandu jiġi implimentat tul il-ftehim kollu tas-sussidju. L-azzjonijiet ta’ bidliet modali bil-għan li jimplimentaw trasferiment għall-passaġġi fuq l-ilmijiet Interni ser ikunu soġġetti għal-limitu speċjali ta’ 13-il miljun tunnellata-kilometru jew l-ekwivalenti volumetriku tiegħu ta’ bidla modali kull sena li għandu jiġi implimentat tul il-ħajja kollha tal-ftehim ta’ sussidju.
|
Il-limitu minimu indikattiv ta’ sussidju għal kull azzjoni ta’ evitar ta’ traffiku għandu jkun ta’ 80 miljun tunnellata-kilometru jew 4 miljun kilometru-vettura ta’ merkanzija fuq it-toroq evitati kull sena, li għandu jiġi implimentat tul il-ftehim kollu tas-sussidju.
|
Il-limitu minimu indikattiv għal kull azzjoni ta’ tagħlim komuni għanu jkun ta’ EUR 250 000.
|
|
5. It-tixrid
|
Ir-riżultati u l-metodi tal-azzjonijiet ta’ kataliżi għandhom jixterdu, u għandu jitħeġġeġ l-iskambju tal-aħjar prattiki, kif speċifikat fi pjan ta’ tixrid, sabiex jgħinu biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament.
|
Ir-riżultati u l-metodi ta’ azzjonijiet ta’ Toroq tat-Tbaħħir għandhom jixterdu u l-iskambju tal-aħjar prattiki għandu jitħeġġeġ, kif speċifikat fil-pjan ta’ propogazzjoni, sabiex jgħinu biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament.
|
Attivitajiet ta’ tixrid speċifiċi għall-azzjonijiet ta’ bidla modali mhumiex previsti.
|
Ir-riżultati u l-metodi tal-azzjonijiet tal-evitar tat-traffiku għandhom jixterrdu, u għandu jitħeġġeġ l-iskambju tal-aħjar prattiki kif speċifikat fil-pjan ta’ tixrid, sabiex jgħinu biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament.
|
Ir-riżultati u l-metodi tal-azzjonijiet ta’ tagħlim komuni għandhom jixterrdu u għandu jitħeġġeġ l-iskambju tal-aħjar prattiki, kif speċifikat fil-pjan ta’ tixrid, sabiex jgħinu biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament.
|