+Artikolu 2 7.

Artikolu 2 7.

Li ġejjin għandhom jiġu eżentati mit-Titoli II, V u VI:

(a) 

sustanzi inklużi fl-Anness IV, billi hemm magħrufa informazzjoni suffiċjenti dwar dawn is-sustanzi sabiex ikunu kunsidrati bħala sustanzi li jikkawżaw riskju minimu minħabba l-proprjetajiet intrinsiċi tagħhom;

(b) 

sustanzi koperti mill-Anness V, billi r-reġistrazzjoni hija meqjusa bħala mhux adegwata jew mhux meħtieġa għal dawn is-sustanzi u l-eżenzjoni tagħhom minn dawn it-Titoli ma tippreġudikax l-għanijiet ta' dan ir-Regolament;

(ċ) 

sustanzi waħedhom jew f' ►M3  taħlitiet ◄ , reġistrati skond it-Titolu II, esportati mill-Komunità minn attur fil-katina tal-provvista u importati mill-ġdid fil-Komunità mill-istess attur jew attur ieħor fl-istess katina tal-provvista li juri li:

(i) 

is-sustanza li qiegħda tiġi importata mill-ġdid tkun l-istess bħas-sustanza esportata;

(ii) 

huwa ġie provdut bl-informazzjoni skond l-Artikoli 31 jew 32 dwar is-sustanza esportata.

(d) 

sustanzi, waħedhom, f' ►M3  taħlitiet ◄ jew f'oġġetti, li ġew reġistrati skond it-Titolu II u li huma rkuprati fil-Komunità jekk:

(i) 

is-sustanza li tirriżulta mill-proċess ta' rkupru tkun l-istess bħas-sustanza li ġiet reġistrata skond it-Titolu II; u

(ii) 

l-informazzjoni meħtieġa taħt l-Artikoli 31 jew 32 relatata mas-sustanza li ġiet reġistrata skond it-Titolu II tkun disponibbli lill-istabbiliment li jwettaq l-irkupru.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1907
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.