Is-sustanzi attivi u ko-formulanti manifatturati jew importati għall-użu fi prodotti ta' protezzjoni tal-pjanti biss u inklużi fl-Anness I mad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (
16
) jew fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 (
17
), fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 703/2001 (
18
), fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1490/2002 (
19
), jew fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/565/KE (
20
) u għal kwalunkwe sustanza li għaliha tkun ittieħdet Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-kompletezza tad-dossier skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/414/KEE għandhom jitqiesu bħala reġistrati u r-reġistrazzjoni bħala kompletata għall-manifattura jew importazzjoni għall-użu bħala prodott ta' protezzjoni tal-pjanti u għaldaqstant bħala li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Kapitoli 1 u 5 ta' dan it-Titolu.