Is-sustanzi attivi manifatturati jew importati għall-użu fi prodotti bijoċidali biss u inklużi fl-Annessi I, IA jew IB mad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (
21
) jew fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2032/2003 (
22
) dwar it-tieni fażi tal-programm ta' ħidma ta' għaxar snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE, sad-data tad-deċiżjoni msemmija fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE, għandhom jitqiesu bħala reġistrati u r-reġistrazzjoni bħala kompletata għall-manifattura jew importazzjoni għall-użu fi prodott bijoċidali u għalhekk bħala konformi mar-rekwiżiti tal-Kapitoli 1 u 5 ta' dan it-Titolu.