|
+Artikolu 18 2. |
Artikolu 18 2.Ir-reġistrazzjoni għal sustanza intermedja iżolata trasportata għandha tinkludi l-informazzjoni kollha li ġejja:
(a)
l-identità tal-manifattur jew l-importatur kif speċifikat fit-Taqsima 1 ta' l-Anness VI;
(b)
l-identità tas-sustanza intermedja kif speċifikat fit-Taqsimiet 2.1 sa 2.3.4 ta' l-Anness VI;
(ċ)
il-klassifikazzjoni tas-sustanza intermedja kif speċifikat fit-Taqsima 4 ta' l-Anness VI;
(d)
kwalunkwe informazzjoni eżistenti disponibbli dwar il-proprjetajiet fiżikokimiċi, relatati mas-saħħa tal-bniedem jew ambjentali tas-sustanza kimika. Fejn ikun disponibbli rapport sħiħ ta' l-istudju, għandu jiġi preżentat sommarju ta' l-istudju;
(e)
deskrizzjoni ġenerali qasira dwar l-użu, kif speċifikat fit-Taqsima 3.5 ta' l-Anness VI;
(f)
informazzjoni dwar il-miżuri ta' l-immaniġġar tar-riskji applikati u rakkomandati lill-utent skond il-paragrafu 4. Ħlief fil-każijiet koperti mill-Artikolu 25(3), mill-Artikolu 27(6) jew mill-Artikolu 30(3), ir-reġistrant għandu jkollu pussess leġittimu ta' jew ikollu permess sabiex jirriferi għar-rapport sħiħ ta' l-istudju imqassar taħt (d) għall-iskop ta' reġistrazzjoni. Ir-reġistrazzjoni għandha tkun akkumpanjata mill-ħlas meħtieġ skond it-Titolu XI. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|