+Artikolu 32 L-obbligu li l-informazzjoni tiġi kkomunikata 'l isfel fil-katina tal-provvista għal sustanzi waħedhom jew f'►M3taħlitiet◄li għalihom ma' tkunx meħtieġa skeda ta' data ta' sigurtà
---+Artikolu 32 1.
---+Artikolu 32 2.
---+Artikolu 32 3.
|
Artikolu 32 L-obbligu li l-informazzjoni tiġi kkomunikata 'l isfel fil-katina tal-provvista għal sustanzi waħedhom jew f'►M3taħlitiet◄li għalihom ma' tkunx meħtieġa skeda ta' data ta' sigurtà
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 32 1.
|
Kwalunkwe fornitur ta' sustanza waħidha jew f'
►M3
taħlita ◄ li ma jkunx meħtieġ iforni skeda ta' data ta' sigurtà skond l-Artikolu 31 għandu jipprovdi lir-riċevitur l-informazzjoni li ġejja:
(a)
in-numru jew numri tar-reġistrazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 20(3), jekk disponibbli, għal kwalunkwe sustanza li dwarha tiġi komunikata informazzjoni taħt il-punti (b), (ċ) jew (d) ta' dan il-paragrafu;
(b)
jekk is-sustanza hijiex suġġetta għall-awtorizzazzjoni u d-dettalji ta' kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija jew miċħuda skond it-Titolu VII f'din il-katina tal-provvista;
(ċ)
dettalji ta' kwalunkwe restrizzjoni imposta taħt it-Titolu VIII;
(d)
kwalunkwe informazzjoni oħra li tkun disponibbli u relevanti dwar is-sustanza li tkun meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jiġu identifikati u applikati miżuri adegawati ta' l-immaniġġar tar-riskji inklużi kondizzjonijiet speċifiċi li jirriżultaw mill-applikazzjoni tat-Taqsima 3 ta' l-Anness XI.
|
|
Artikolu 32 2.
|
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tingħata mingħajr ħlas fuq karta jew b'mod elettroniku mhux aktar tard mill-ħin ta' l-ewwel kunsinna ta' sustanza waħidha jew f'
►M3
taħlita ◄ wara l-1 ta' Ġunju 2007.
|
|
Artikolu 32 3.
|
Il-fornituri għandhom jaġġornaw din l-informazzjoni mingħajr dewmien f'dawn l-okkażjonijiet li ġejjin:
(a)
malli ssir disponibbli informazzjoni ġdida li tista' tolqot il-miżuri ta' l-immaniġġar tar-riskji, jew informazzjoni ġdida dwar perikli;
(b)
meta tkun ingħatat jew ġiet miċħuda l-awtorizzazzjoni;
(ċ)
meta tiġi imposta restrizzjoni.
Barra minn hekk, l-informazzjoni aġġornata għandha tingħata mingħajr ħlas fuq karta jew b'mod elettroniku lir-riċevituri preċedenti kollha li lilhom il-fornituri fornew is-sustanza jew it-
►M3
taħlita ◄ fit-tnax-il xahar preċedenti. Kwalunkwe aġġornament wara r-reġistrazzjoni għandu jinkludi n-numru tar-reġistrazzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1907
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|