Kwalunkwe utent “downstream” għandu jkollu d-dritt li jagħmel użu, bħala minimu d-deskrizzjoni ġenerali qasira ta' użu, magħruf bil-miktub (fuq karta jew b'mod elettroniku) lill-manifattur, lill-importatur jew lill-utent “downstream” jew lid-distributur li jfornih b'sustanza waħidha jew f'
►M3
taħlita
◄ bl-iskop li jagħmel minn dan użu identifikat. Meta jagħmel magħruf użu, huwa għandu jipprovdi informazzjoni suffiċjenti sabiex jippermetti lill-manifattur, lill-importatur jew lill-utent “downstream” li jkun forna s-sustanza, jipprepara xenarju ta' espożizzjoni, jew jekk ikun il-każ kategorija ta' użu u ta' espożizzjoni, għall-użu tiegħu fil-valutazzjoni ta' sigurtà kimika tal-manifattur, ta' l-importatur jew ta' l-utent downstream.
Id-distributuri għandhom jgħaddu tali informazzjoni lill-attur jew lid-distributur li jkun imiss 'il fuq fil-katina tal-provvista. L-utenti “downstream” li jkunu rċevew tali informazzjoni jistgħu jippreparaw xenarju ta' espożizzjoni għall-użu jew użi identifikati, jew jgħaddu l-informazzjoni lill-attur li jkun imiss 'il fuq fil-katina tal-provvista.