+Artikolu 37 Valutazzjonijiet tas-sigurtà kimika ta' l-utent “downstream” u l-obbligu li jidentifika, japplika u jirrakkomanda miżuri tat-tnaqqis tar-riskji
---+Artikolu 37 1.
---+Artikolu 37 2.
---+Artikolu 37 3.
---+Artikolu 37 4.
---+Artikolu 37 5.
---+Artikolu 37 6.
---+Artikolu 37 7.
---+Artikolu 37 8.
|
Artikolu 37 Valutazzjonijiet tas-sigurtà kimika ta' l-utent “downstream” u l-obbligu li jidentifika, japplika u jirrakkomanda miżuri tat-tnaqqis tar-riskji
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 37 1.
|
Utent “downstream” jew distributur jista' joffri informazzjoni sabiex jgħin fil-preparazzjoni ta' reġistrazzjoni.
|
|
Artikolu 37 2.
|
Kwalunkwe utent “downstream” għandu jkollu d-dritt li jagħmel użu, bħala minimu d-deskrizzjoni ġenerali qasira ta' użu, magħruf bil-miktub (fuq karta jew b'mod elettroniku) lill-manifattur, lill-importatur jew lill-utent “downstream” jew lid-distributur li jfornih b'sustanza waħidha jew f'
►M3
taħlita ◄ bl-iskop li jagħmel minn dan użu identifikat. Meta jagħmel magħruf użu, huwa għandu jipprovdi informazzjoni suffiċjenti sabiex jippermetti lill-manifattur, lill-importatur jew lill-utent “downstream” li jkun forna s-sustanza, jipprepara xenarju ta' espożizzjoni, jew jekk ikun il-każ kategorija ta' użu u ta' espożizzjoni, għall-użu tiegħu fil-valutazzjoni ta' sigurtà kimika tal-manifattur, ta' l-importatur jew ta' l-utent downstream. Id-distributuri għandhom jgħaddu tali informazzjoni lill-attur jew lid-distributur li jkun imiss 'il fuq fil-katina tal-provvista. L-utenti “downstream” li jkunu rċevew tali informazzjoni jistgħu jippreparaw xenarju ta' espożizzjoni għall-użu jew użi identifikati, jew jgħaddu l-informazzjoni lill-attur li jkun imiss 'il fuq fil-katina tal-provvista.
|
|
Artikolu 37 3.
|
Għal sustanzi reġistrati, il-manifattur, l-importatur jew l-utent “downstream” għandhom jikkonformaw ma' l-obbligu stabbilit fl-Artikolu 14 qabel ma jerġa' jforni s-sustanza waħidha jew f'
►M3
taħlita ◄ lill-utent “downstream” li jagħmel it-talba msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, sakemm it-talba ssir mill-inqas xahar qabel il-provvista, jew fi żmien xahar wara t-talba, skond liema tkun l-aktar tard. Għal sustanzi ta' introduzzjoni gradwali, il-manifattur, l-importatur jew l-utent “downstream” għandhom jikkonformaw ma' din it-talba u ma' l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 14 qabel l-iskadenza tat-terminu perentorju relevanti fl-Artikolu 23, sakemm l-utent “downstream” jagħmel it-talba tiegħu mill-inqas tnax-il xahar qabel qabel l-iskadenza ta' dan it-terminu perentorju. Fejn il-manifattur, l-importatur jew l-utent downstream, wara li jivvaluta l-użu skond l-Artikolu 14, ma jkunx jista' jinkludih bħala użu identifikat għal raġunijiet ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem jew ta' l-ambjent, huwa għandu jipprovdi lill-Aġenzija u lill-utent “downstream” ir-raġuni jew raġunijiet għal dik id-deċiżjoni bil-miktub mingħajr dewmien u ma għandux iforni s-sustanza lill-utent jew utenti “downstream” mingħajr ma jinkludi dawn ir-raġunijiet fl-informazzjoni msemmija taħt l-Artikolu 31 jew l-Artikolu 32. Il-manifattur jew importatur għandu jinkludi dan l-użu fit-Taqsima 3.7 ta' l-Anness VI fl-aġġornament tiegħu tar-reġistrazzjoni skond l-Artikolu 22(1)(d).
|
|
Artikolu 37 4.
|
Utent “downstream” ta' sustanza waħidha jew f'
►M3
taħlita ◄ għandu jipprepara rapport ta' sigurtà kimika skond l-Anness XII għal kwalunkwe użu barra l-kondizzjonijiet deskritti f'xenarju ta' espożizzjoni jew jekk ikun il-każ għandu jipprepara kategorija ta' użu u ta' espożizzjoni komunikati lilu fi skeda ta' data ta' sigurtà jew għal kwalunkwe użu li kontrih jiġi avżat mill-fornitur tiegħu. Utent “downstream” ma għandux bżonn jipprepara tali rapport ta' sigurtà kimika f'ebda wieħed mill-każijiet li ġejjin:
(a)
fejn ma jkunx hemm il-ħtieġa li tiġi komunikata skeda ta' data ta' sigurtà mas-sustanza jew
►M3
taħlita ◄ skond l-Artikolu 31;
(b)
fejn ma jkunx hemm il-ħtieġa li jitlesta rapport ta' sigurtà kimika mill-fornitur tiegħu skond l-Artikolu 14;
(ċ)
fejn l-utent “downstream” juża s-sustanza jew it-
►M3
taħlita ◄ fi kwantità totali ta' inqas minn tunnellata metrika fis-sena;
(d)
fejn l-utent “downstream” jimplementa jew jirrakkomanda xenarju ta' espożizzjoni li jkun jinkludi bħala minimu l-kondizzjonijiet deskritti fix-xenarju ta' espożizzjoni komunikat lilu fl-iskeda ta' data ta' sigurtà;
(e)
fejn is-sustanza tkun preżenti f'
►M3
taħlita ◄ f'konċentrazzjoni aktar baxxa minn kwalunkwe waħda mill-konċentrazzjonijiet previsti fl-Artikolu 14(2);
(f)
fejn l-utent “downstream” ikun qiegħed juża s-sustanza għall-finijiet ta' riċerka u żvilupp orjentati lejn prodotti u proċessi, sakemm ir-riskji potenzjali għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent ikunu kontrollati adegwatament skond ir-rekwiżiti tal-liġi dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema u ta' l-ambjent.
|
|
Artikolu 37 5.
|
Kwalunkwe utent “downstream” għandu jidentifika, japplika u, fejn ikun kunsiljabbli, jirrakkomanda miżuri adatti sabiex jikkontrolla adegwatament ir-riskji identifikati fi kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
(a)
l-iskeda jew skedi ta' data tas-sigurtà mogħtija lilu;
(b)
il-valutazzjoni tas-sigurtà kimika tiegħu stess;
(ċ)
kwalunkwe informazzjoni dwar miżuri ta' l-immaniġġar tar-riskji fornita lilu skond l-Artikolu 32.
|
|
Artikolu 37 6.
|
Fejn utent “downstream” ma jippreparax rapport ta' sigurtà kimika skond il-paragrafu 4(ċ), huwa għandu jqis l-użu jew użi tas-sustanza u jidentifika u japplika kwalunkwe miżura adatta ta' l-immaniġġar tar-riskji meħtieġa sabiex jiżgura li r-riskji għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent ikunu kontrollati adegwatament. Fejn tkun meħtieġa, din l-informazzjoni għandha tiġi inkluża fi kwalunkwe skeda ta' data ta' sigurtà preparata minnu.
|
|
Artikolu 37 7.
|
L-utenti “downstream” għandhom iżommu r-rapport ta' sigurtà kimika tagħhom aġġornat u disponibbli.
|
|
Artikolu 37 8.
|
Mhuwiex meħtieġ li rapport ta' sigurtà kimika preparat skond il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu jinkludi konsiderazzjoni tar-riskji għas-saħħa tal-bniedem mill-użi finali kif stabbilit fl-Artikolu 14(5).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1907
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|