+Artikolu 37 3.
|
Artikolu 37 3.
Għal sustanzi reġistrati, il-manifattur, l-importatur jew l-utent “downstream” għandhom jikkonformaw ma' l-obbligu stabbilit fl-Artikolu 14 qabel ma jerġa' jforni s-sustanza waħidha jew f'
►M3
taħlita ◄ lill-utent “downstream” li jagħmel it-talba msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, sakemm it-talba ssir mill-inqas xahar qabel il-provvista, jew fi żmien xahar wara t-talba, skond liema tkun l-aktar tard. Għal sustanzi ta' introduzzjoni gradwali, il-manifattur, l-importatur jew l-utent “downstream” għandhom jikkonformaw ma' din it-talba u ma' l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 14 qabel l-iskadenza tat-terminu perentorju relevanti fl-Artikolu 23, sakemm l-utent “downstream” jagħmel it-talba tiegħu mill-inqas tnax-il xahar qabel qabel l-iskadenza ta' dan it-terminu perentorju. Fejn il-manifattur, l-importatur jew l-utent downstream, wara li jivvaluta l-użu skond l-Artikolu 14, ma jkunx jista' jinkludih bħala użu identifikat għal raġunijiet ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem jew ta' l-ambjent, huwa għandu jipprovdi lill-Aġenzija u lill-utent “downstream” ir-raġuni jew raġunijiet għal dik id-deċiżjoni bil-miktub mingħajr dewmien u ma għandux iforni s-sustanza lill-utent jew utenti “downstream” mingħajr ma jinkludi dawn ir-raġunijiet fl-informazzjoni msemmija taħt l-Artikolu 31 jew l-Artikolu 32. Il-manifattur jew importatur għandu jinkludi dan l-użu fit-Taqsima 3.7 ta' l-Anness VI fl-aġġornament tiegħu tar-reġistrazzjoni skond l-Artikolu 22(1)(d).
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1907
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|