|
+Artikolu 41 5. |
Artikolu 41 5.►M57 Sabiex tiġi kkontrollata l-konformità tad-dossiers ta’ reġistrazzjoni ma’ dan ir-Regolament, sal-31 ta’ Diċembru 2023, l-Aġenzija għandha tagħżel perċentwali ta’ dawk id-dossiers li ma jkunx inqas minn 20 % tat-total riċevut mill-Aġenzija għar-reġistrazzjoni fil-limiti tat-tunnellaġġ ta’ 100 tunnellata jew aktar fis-sena. Sal-31 ta’ Diċembru 2027, l-Aġenzija għandha tagħżel ukoll perċentwali ta’ mhux inqas minn 20 % tat-total riċevut mill-Aġenzija għar-reġistrazzjonijiet fil-limiti tat-tunnellaġġ ta’ inqas minn 100 tunnellata fis-sena. Meta jintgħażlu d-dossiers għall-kontroll tal-konformità, l-Aġenzija għandha tagħti prijorità, iżda mhux b’mod esklużiv, lid-dossiers li jissodisfaw mill-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin: ◄
(a)
id-dossier ikun fih informazzjoni fl-Artikolu 10(a)(iv), (vi) u/jew (vii) preżentata separatament skond l-Artikolu 11(3s); jew
(b)
id-dossier ikun jirriferi għal sustanza manifatturata jew importata fi kwantitajiet ta' tunnellata metrika jew aktar kull sena u li ma tissodisfax ir-rekwiżiti ta' l-Anness VII li japplikaw taħt l-Artikolu 12(1)(a) jew (b), skond il-każ; jew
(ċ)
id-dossier ikun jirriferi għal sustanza elenkata fil-pjan ta' azzjoni Komunitarju rikorrenti msemmi fl-Artikolu 44(2). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|