+Artikolu 41 Kontroll tal-konformità tar-reġistrazzjonijiet
---+Artikolu 41 1.
---+Artikolu 41 2.
---+Artikolu 41 3.
---+Artikolu 41 4.
---+Artikolu 41 5.
---+Artikolu 41 6.
---+Artikolu 41 7.

Artikolu 41 Kontroll tal-konformità tar-reġistrazzjonijiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 41 1.

L-Aġenzija tista' teżamina kwalunkwe reġistrazzjoni sabiex tivverifika xi waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

li l-informazzjoni fid-dossier jew dossiers tekniċi preżentata skond l-Artikolu 10 tikkonforma mar-rekwiżiti fl-Artikoli 10, 12 u 13 u ma' l-Annessi III u VI sa X;

(b) 

li l-adattamenti tar-rekwiżiti standard ta' l-informazzjoni u l-ġustifikazzjonijiet relatati preżentati fid-dossier jew dossiers tekniċi jikkonformaw mar-regoli li jirregolaw tali adattamenti previsti fl-Annessi VII sa X u mar-regoli ġenerali disposti fl-Anness XI;

(ċ) 

li kwalunkwe valutazzjoni tas-sigurtà kimika meħtieġa u kwalunkwe rapport ta' sigurtà kimika jikkonforma mar-rekwiżiti ta' l-Anness I u li l-miżuri proposti ta' l-immaniġġar tar-riskji jkunu adegwati;

(d) 

li kwalunkwe spjegazzjoni preżentata skond l-Artikolu 11(3) jew l-Artikolu 19(2) għandha bażi oġġettiva.

Artikolu 41 2.
Il-lista ta' dossiers kontrollati għall-konformità mill-Aġenzija għandhom isiru disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri.
Artikolu 41 3.
Abbażi ta' l-eżami li jsir skond il-paragrafu 1, l-Aġenzija, fi żmien tnax-il xahar mill-bidu tal-verifika ta' konformità, tista' tipprepara abbozz ta' deċiżjoni li teżiġi li r-reġistrant jew reġistranti jagħtu kwalunkwe informazzjoni meħtieġa sabiex iġibu r-reġistrazzjoni jew reġistrazzjonijiet konformi mar-rekwiżiti relevanti ta' informazzjoni u li tispeċifika termini perentorji adegwati għall-preżentazzjoni ta' informazzjoni ulterjuri. Tali deċiżjoni għandha tittieħed skond il-proċedura prevista fl-Artikoli 50 u 51.
Artikolu 41 4.
Ir-reġistrant għandu jippreżenta l-informazzjoni meħtieġa lill-Aġenzija sa l-iskadenza tat-terminu perentorju stabbilit.
Artikolu 41 5.

►M57  Sabiex tiġi kkontrollata l-konformità tad-dossiers ta’ reġistrazzjoni ma’ dan ir-Regolament, sal-31 ta’ Diċembru 2023, l-Aġenzija għandha tagħżel perċentwali ta’ dawk id-dossiers li ma jkunx inqas minn 20 % tat-total riċevut mill-Aġenzija għar-reġistrazzjoni fil-limiti tat-tunnellaġġ ta’ 100 tunnellata jew aktar fis-sena.

Sal-31 ta’ Diċembru 2027, l-Aġenzija għandha tagħżel ukoll perċentwali ta’ mhux inqas minn 20 % tat-total riċevut mill-Aġenzija għar-reġistrazzjonijiet fil-limiti tat-tunnellaġġ ta’ inqas minn 100 tunnellata fis-sena.

Meta jintgħażlu d-dossiers għall-kontroll tal-konformità, l-Aġenzija għandha tagħti prijorità, iżda mhux b’mod esklużiv, lid-dossiers li jissodisfaw mill-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin: ◄

(a) 

id-dossier ikun fih informazzjoni fl-Artikolu 10(a)(iv), (vi) u/jew (vii) preżentata separatament skond l-Artikolu 11(3s); jew

(b) 

id-dossier ikun jirriferi għal sustanza manifatturata jew importata fi kwantitajiet ta' tunnellata metrika jew aktar kull sena u li ma tissodisfax ir-rekwiżiti ta' l-Anness VII li japplikaw taħt l-Artikolu 12(1)(a) jew (b), skond il-każ; jew

(ċ) 

id-dossier ikun jirriferi għal sustanza elenkata fil-pjan ta' azzjoni Komunitarju rikorrenti msemmi fl-Artikolu 44(2).

Artikolu 41 6.
Kwalunkwe parti terza tista' tippreżenta b'mod elettroniku informazzjoni lill-Aġenzija fir-rigward tas-sustanzi li jidhru fuq il-lista msemmija fl-Artikolu 28(5). L-Aġenzija għandha tikkonsidra din l-informazzjoni flimkien ma' l-informazzjoni preżentata skond l-Artikolu 123 meta tikkontrolla u tagħżel id-dossiers.
Artikolu 41 7.
Il-Kummissjoni tista', wara li tikkonsulta ma' l-Aġenzija, tieħu deċiżjoni sabiex tvarja l-perċentwali tad-dossiers magħżula u temenda jew tinkludi kriterji ulterjuri fil-paragrafu 5 skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 133(4).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1907
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.