+Artikolu 46 Talbiet għal aktar informazzjoni u verifika ta' l-informazzjoni preżentata
---+Artikolu 46 1.
---+Artikolu 46 2.
---+Artikolu 46 3.
---+Artikolu 46 4.

Artikolu 46 Talbiet għal aktar informazzjoni u verifika ta' l-informazzjoni preżentata

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 46 1.
Jekk l-awtorità kompetenti tqis li jkun hemm il-ħtieġa ta' aktar informazzjoni, inkluża, jekk ikun il-każ, informazzjoni mhux meħtieġa fl-Annessi VII sa X, din għandha tipprepara abbozz ta' deċiżjoni, li tagħti r-raġunijiet, li titlob lir-reġistrant jew reġistranti sabiex jippreżentaw informazzjoni ulterjuri u li tistabbilixxi terminu perentorju għall-preżentazzjoni tagħha. Għandu jiġi mfassal abbozz ta' deċiżjoni fi żmien tnax-il xahar mill-pubblikazzjoni tal-pjan ta' azzjoni Komunitarju rikorrenti fil-website ta' l-Aġenzija għas-sustanzi li jkunu jridu jiġu valutati dik is-sena. Id-deċiżjoni għandha tittieħed skond il-proċedura prevista fl-Artikoli 50 u 52.
Artikolu 46 2.
Ir-reġistrant għandu jippreżenta din l-informazzjoni lill-Aġenzija sa l-iskadenza tat-terminu perentorju stabbilit.
Artikolu 46 3.
L-awtorità kompetenti għandha teżamina kwalunkwe informazzjoni preżentata, u għandha tagħmel abbozz ta' kwalunkwe deċiżjoni adatta skond dan l-Artikolu, jekk meħtieġ, fi żmien tnax-il xahar minn meta tiġi preżentata l-informazzjoni.
Artikolu 46 4.
L-awtorità kompetenti għandha tlesti l-attivitajiet ta' valutazzjoni tagħha fi żmien tnax-il xahar mill-bidu tal-valutazzjoni tas-sustanza jew fi żmien tnax-il xahar minn meta tkun ġiet preżentata l-informazzjoni taħt il-paragrafu 2, u tinnotifika lill-Aġenzija b'dan. Jekk jinqabeż dan it-terminu perentorju, il-valutazzjoni għandha titqies bħala lesta.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1907
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.