+Artikolu 53 Qsim ta' spejjeż għal testijiet mingħajr ftehim bejn ir-reġistranti u/jew l-utenti downstream
---+Artikolu 53 1.
---+Artikolu 53 2.
---+Artikolu 53 3.
---+Artikolu 53 4.

Artikolu 53 Qsim ta' spejjeż għal testijiet mingħajr ftehim bejn ir-reġistranti u/jew l-utenti downstream

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 53 1.
Fejn reġistranti jew utenti “downstream” ikunu meħtieġa li jwettqu test bħala riżultat ta' deċiżjoni meħuda taħt dan it-Titolu, dawk ir-reġistranti jew utenti “downstream” għandhom jagħmlu kull sforz sabiex jilħqu ftehim dwar min iwettaq it-test għan-nom tar-reġistranti jew l-utenti “downstream” l-oħrajn u sabiex jinfurmaw lill-Aġenzija dwar dan fi żmien 90 jum. Jekk l-Aġenzija ma tiġix infurmata b'tali ftehim fi żmien 90 jum, hija għandha tinnomina wieħed mir-reġistranti jew mill-utenti “downstream” sabiex iwettaq it-test għan-nom ta' kollha kemm huma.
Artikolu 53 2.
Jekk reġistrant jew utent “downstream” iwettaq test għan-nom ta' oħrajn, hum'għandhom kollha jaqsmu l-ispiża ta' l-istudju b'mod ugwali.
Artikolu 53 3.
Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 1, ir-reġistrant jew l-utent “downstream” li jwettaq it-test għandu jipprovdi lil kull wieħed mill-oħrajn konċernati kopja tar-rapport sħiħ ta' studju.
Artikolu 53 4.
Il-persuna li twettaq u tippreżenta l-istudju għandha jkollha dritt ta' pretensjoni fil-konfront ta' l-oħrajn skond il-każ. Kwalunkwe persuna konċernata għandha jkollha dritt li tagħmel talba sabiex twaqqaf persuna oħra milli timmanifattura, timporta jew tqiegħed is-sustanza fis-suq jekk dik il-persuna l-oħra jew tonqos milli tħallas is-sehem tagħha ta' l-ispiża jew milli toffri garanzija għal dak l-ammont jew tonqos milli tgħaddi kopja tar-rapport sħiħ ta' l-istudju li jkun sar. It-talbiet kollha għandhom ikunu infurzabbli fil-qrati nazzjonali. Kwalunkwe persuna tista' tagħżel li tippreżenta it-talbiet tagħha għal rimunerazzjoni lil bord ta' arbitraġġ u taċċetta d-deċiżjoni ta' arbitraġġ.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1907
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.