+Artikolu 56 Dispożizzjonijiet ġenerali
---+Artikolu 56 1.
---+Artikolu 56 2.
---+Artikolu 56 3.
---+Artikolu 56 4.
---+Artikolu 56 5.
---+Artikolu 56 6.
|
Artikolu 56 Dispożizzjonijiet ġenerali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 56 1.
|
Manifattur, importatur jew utent “downstream” m'għandux iqiegħed fis-suq sustanza għall-użu jew jużaha huwa stess jekk dik is-sustanza tkun inkluża fl-Anness XIV, sakemm:
(a)
l-użu jew użi ta' dik is-sustanza waħidha jew f'
►M3
taħlita ◄ jew l-inkorporazzjoni ta' sustanza f'oġġett li għalih is-sustanza titqiegħed fis-suq jew li għalih huwa juża s-sustanza huwa stess ġew awtorizzati skond l-Artikoli 60 sa 64; jew
(b)
l-użu jew użi ta' dik is-sustanza waħidha, f'
►M3
taħlita ◄ jew l-inkorporazzjoni ta' sustanza f'oġġett li għalih is-sustanza titqiegħed fis-suq jew li għalih huwa juża s-sustanza huwa stess ġew awtorizzati mir-rekwiżit ta' l-awtorizzazzjoni fl-Anness IV stess skond l-Artikolu 58(2); jew
(ċ)
id-data msemmija fl-Artikolu 58(1)(ċ)(i) ma ntlaħqitx; jew
(d)
tkun intlaħqet id-data msemmija fl-Artikolu 58(1)(ċ)(i) u huwa għamel applikazzjoni tmintax-il xahar qabel dik id-data iżda għadha ma tteħditx deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni; jew
(e)
f'każijiet fejn is-sustanza titqiegħed fis-suq, tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni għal dak l-użu lill-utent “downstream” immedjat tiegħu.
|
|
Artikolu 56 2.
|
Utent “downstream” jista' juża s-sustanza li tissodisfa l-kriterji previsti fil-paragrafu 1 sakemm l-użu jkun skond il-kondizzjonijiet ta' awtorizzazzjoni mogħtija lil attur 'il fuq fil-katina tal-provvista tiegħu għal dak l-użu.
|
|
Artikolu 56 3.
|
Il-paragrafi 1 u 2 m'għandhomx japplikaw għall-użu ta' sustanzi f'riċerka u żvilupp xjentifiċi. L-Anness XIV għandu jispeċifika jekk il-paragrafi 1 u 2 japplikawx għar-riċerka u l-iżvilupp orjentati lejn prodotti u proċessi, kif ukoll il-kwantità massima eżentata.
|
|
Artikolu 56 4.
|
Il-paragrafi 1 u 2 m'għandhomx japplikaw għall-użi li ġejin ta' sustanzi:
(a)
użi fi prodotti ta' protezzjoni tal-pjanti fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 91/414/KEE;
(b)
użi fi prodotti bijoċidali fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 98/8/KE;
(ċ)
użu bħala karburant tal-muturi kopert mid-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 1998 dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil (
23
);
(d)
użi bħala karburant f'impjanti fissi jew mobbli tal-kombustjoni ta' prodotti taż-żejt minerali u użu bħala karburant f'sistemi magħluqa.
|
|
Artikolu 56 5.
|
Fil-każ ta' sustanzi li jkunu suġġetti għall-awtorizzazzjoni għaliex ikunu jissodisfaw il-kriterji fl-Artikolu 57(a), (b) jew (ċ) biss jew għaliex ikunu identifikati skond l-Artikolu 57(f) biss minħabba l-periklu għas-saħħa tal-bniedem, il-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikoli m'għandhomx japplikaw għall-użi li ġejjin:
(a)
użi fi prodotti kosmetiċi fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 76/768/KEE;
(b)
użi f'materjal f'kuntatt ma' l-ikel fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004.
|
|
Artikolu 56 6.
|
Il-paragrafi 1 u 2 m'għandhomx japplikaw għall-użu ta' sustanzi meta dawn ikunu preżenti f'
►M3
taħlitiet ◄ :
(a)
għal sustanzi msemmija fl-Artikolu 57(d), (e) u (f), taħt limitu ta' konċentrazzjoni ta' 0,1 % piż b'piż (w/w);
▼M3
(b)
għas-sustanzi l-oħra kollha, taħt il-valuri speċifikati fl-Artikolu 11 (3) tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 li jirriżultaw fil-klassifikazzjoni tat-taħlita bħala perikoluża.
▼C1
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1907
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|