|
+Artikolu 56 1. |
Artikolu 56 1.Manifattur, importatur jew utent “downstream” m'għandux iqiegħed fis-suq sustanza għall-użu jew jużaha huwa stess jekk dik is-sustanza tkun inkluża fl-Anness XIV, sakemm:
(a)
l-użu jew użi ta' dik is-sustanza waħidha jew f' ►M3 taħlita ◄ jew l-inkorporazzjoni ta' sustanza f'oġġett li għalih is-sustanza titqiegħed fis-suq jew li għalih huwa juża s-sustanza huwa stess ġew awtorizzati skond l-Artikoli 60 sa 64; jew
(b)
l-użu jew użi ta' dik is-sustanza waħidha, f' ►M3 taħlita ◄ jew l-inkorporazzjoni ta' sustanza f'oġġett li għalih is-sustanza titqiegħed fis-suq jew li għalih huwa juża s-sustanza huwa stess ġew awtorizzati mir-rekwiżit ta' l-awtorizzazzjoni fl-Anness IV stess skond l-Artikolu 58(2); jew
(ċ)
id-data msemmija fl-Artikolu 58(1)(ċ)(i) ma ntlaħqitx; jew
(d)
tkun intlaħqet id-data msemmija fl-Artikolu 58(1)(ċ)(i) u huwa għamel applikazzjoni tmintax-il xahar qabel dik id-data iżda għadha ma tteħditx deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni; jew
(e)
f'każijiet fejn is-sustanza titqiegħed fis-suq, tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni għal dak l-użu lill-utent “downstream” immedjat tiegħu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|