+Artikolu 76 Kompożizzjoni
---+Artikolu 76 1.
---+Artikolu 76 2.
---+Artikolu 76 3.
|
Artikolu 76 Kompożizzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 76 1.
|
L-Aġenzija għandha tkun komposta minn:
(a)
Bord ta' Tmexxija, li għandu jwettaq ir-responsabbiltajiet previsti fl-Artikolu 78;
(b)
Direttur Eżekuttiv, li għandu jwettaq ir-responsabbiltajiet previsti fl-Artikolu 83;
(ċ)
Kumitat ta' l-Istima tar-Riskji, li għandu jkun responsabbli sabiex jipprepara l-opinjoni ta' l-Aġenzija dwar valutazzjonijiet, applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, proposti għal restrizzjonijiet u proposti għal klassifikazzjoni u ttikkettar taħt it-
►M3
Titolu V tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 ◄ u kwalunkwe domanda oħra li tinqala' mill-funzjonament ta' dan ir-Regolament rigward ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent;
(d)
Kumitat ta' Analiżi Soċjo-ekonomika, li għandu jkun responsabbli sabiex jipprepara l-opinjoni ta' l-Aġenzija dwar applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni, proposti għal restrizzjonijiet, u kwalunkwe domanda oħra li tinqala' mill-funzjonament ta' dan ir-Regolament relatat ma' l-impatt soċjo-ekonomiku ta' l-azzjoni leġiżlattiva eventwalment possibbli dwar sustanzi;
(e)
Kumitat ta' l-Istati Membri, li għandu jkun responsabbli sabiex isolvi diverġenzi potenzjali ta' opinjonijiet dwar abbozzi ta' deċiżjonijiet proposti mill-Aġenzija jew l-Istati Membri taħt it-Titolu VI u proposti għall-identifikazzjoni ta' sustanzi ta' tħassib serju ħafna sabiex jiġu suġġetti għall-proċedura ta' awtorizzazzjoni taħt it-Titolu VII;
(f)
Forum għall-Iskambju ta' Informazzjoni dwar l-Infurzar (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Forum”) li għandu jikkoordina netwerk ta' awtoritajiet, ta' l-Istati Membri, responsabbli għall-infurzar ta' dan ir-Regolament;
(g)
Segretarjat, li għandu jaħdem taħt it-tmexxija tad-Direttur Eżekuttiv u jipprovdi appoġġ tekniku, xjentifiku u amministrattiv lill-Kumitati u lill-Forum u jiżgura koordinazzjoni adegwata bejniethom. Għandu jagħmel ukoll ix-xogħol meħtieġ mill-Aġenzija taħt il-proċeduri għall-pre-reġistrazzjoni, reġistrazzjoni u valutazzjoni kif ukoll għall-preparazzjoni ta' gwida, għall-manutenzjoni tad-database u għall-għoti ta' informazzjoni;
(h)
Bord ta' l-Appell, li għandu jiddeċiedi dwar appelli mid-deċiżjonijiet meħuda mill-Aġenzija.
|
|
Artikolu 76 2.
|
Il-Kumitati msemmija fil-punti (ċ), (d) u (e) tal-paragrafu 1 (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Kumitati”) u l-Forum jistgħu kull wieħed iwaqqfu gruppi ta' ħidma. Għal dan l-iskop huma għandhom jadottaw, skond ir-regoli ta' proċedura tagħhom, arranġamenti preċiżi għad-delegazzjoni ta' ċerti kompiti lil dawn il-gruppi ta' ħidma.
|
|
Artikolu 76 3.
|
Il-Kumitati u l-Forum jistgħu, jekk iqisu li jkun xieraq, ifittxu konsulenza dwar kwistjonjiet importanti ta' natura ġenerali, xjentifika jew etika, mingħand sorsi adegwati ta' kompetenza.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1907
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|