+Artikolu 77 Kompiti
---+Artikolu 77 1.
---+Artikolu 77 2.
---+Artikolu 77 3.
---+Artikolu 77 4.

Artikolu 77 Kompiti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 77 1.
L-Aġenzija għandha tipprovdi lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet tal-Komunità bl-aqwa parir xjentifiku u tekniku possibbli għal kwistjonijiet dwar sustanzi kimiċi li jaqgħu fl-ambitu tal-mandat tagħha u li jiġu riferiti lilha skond id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 77 2.

Is-Segretarjat għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:

(a) 

iwettaq il-kompiti assenjati lilu taħt it-Titolu II; inkluża l-faċilitazzjoni tar-reġistrazzjoni effiċjenti ta' sustanzi importati, b'mod konsistenti ma' l-obbligi kummerċjali internazzjonali tal-Komunità fir-rigward ta' pajjiżi terzi;

(b) 

iwettaq il-kompiti assenjati lilu taħt it-Titolu III;

(ċ) 

iwettaq il-kompiti assenjati lilu taħt it-Titolu VI;

(d) 

iwettaq il-kompiti assenjati lilu taħt it-Titolu VIII;

(e) 

►M3  l-istabbiliment u ż-żamma ta' database(s) b'informazzjoni dwar is-sustanzi reġistrati kollha, l-inventarju tal-klassifikazzjoni u l-ittikkettar u l-lista ta' klassifikazzjoni u ttikkettar armonizzati stabbiliti skond ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008. ◄ Huwa għandu jagħmel l-informazzjoni identifikata fl-Artikolu 119(1) u (2) fid-databases pubblikament disponibbli, mingħajr ħlas, fuq l-Internet ħlief fejn talba magħmula taħt l-Artikolu 10(a)(xi) tkun kunsidrata ġustifikata. L-Aġenzija għandha tagħmel informazzjoni oħra fid-databases disponibbli meta tintalab skond l-Artikolu 118;

(f) 

jagħmel disponibbli għall-pubbliku l-informazzjoni fir-rigward ta' liema sustanzi jkunu qegħdin jiġu, jew ġew, valutati fi żmien 90 jum mir-riċezzjoni ta' l-informazzjoni fl-Aġenzija, skond l-Artikolu 119(1);

(g) 

jipprovdi gwida u strumenti tekniċi u xjentifiċi fejn ikun meħtieġ għall-funzjonament ta' dan ir-Regolament b'mod partikolari sabiex jassisti l-iżvilupp ta' rapporti ta' sigurtà kimika (skond l-Artikolu 14, l-Artikolu 31(1) u l-Artikolu 37(4)) u għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 10(a)(viii), l-Artikolu 11(3) u l-Artikolu 19(2) mill-industrija u b'mod speċjali mill-SMEs; u gwida teknika u xjentifka għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 7 mill-produtturi u l-importaturi ta' oġġetti;

(h) 

jipprovdi gwida teknika u xjentifika dwar il- funzjonament ta' dan ir-Regolament għall-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri u jipprovdi appoġġ liċ-ċentri ta' assistenza stabbiliti taħt it-Titolu XIII;

(i) 

jipprovdi gwida għall-partijiet interessati inklużi l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri dwar il-komunikazzjoni lill-pubbliku ta' informazzjoni dwar ir-riskji u l-użu sikur ta' sustanzi, waħedhom, f' ►M3  taħlitiet ◄ jew f'oġġetti;

(j) 

jipprovdi parir u assistenza lill-manifatturi u lill-importaturi li jirreġistraw sustanza skond l-Artikolu 12(1);

(k) 

jipprepara informazzjoni ta' spjegazzjoni dwar dan ir-Regolament għal partijiet interessati oħra;

(l) 

fuq talba tal-Kummissjoni, jipprovdi sostenn tekniku u xjentifiku għal passi sabiex tittejjeb il-koperazzjoni bejn il-Komunità, l-Istati Membri tagħha, l-organizzazzjonijiet internazzjonali u pajjiżi terzi dwar kwistjonijiet xjentifiċi u tekniċi rigward is-sigurtà ta' sustanzi, kif ukoll il-parteċipazzjoni attiva fl-assistenza teknika u f'attivitajiet ta' l-iżvilupp ta' kapaċitajiet fl-amministrazzjoni tajba ta' sustanzi kimiċi f'pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw;

(m) 

iżomm Manwal ta' Deċiżjonijiet u Opinjonijiet ibbażati fuq il-konklużjonijiet tal-Kumitat ta' l-Istati Membri dwar l-interpretazzjoni u l-implementazzjoni ta' dan ir-Regolament;

(n) 

jagħti notifika tad-deċiżjonijiet meħuda mill-Aġenzija;

(o) 

jipprovdi formati għall-preżentazzjoni ta' informazzjoni lill-Aġenzija.

Artikolu 77 3.

Il-Kumitati għandhom iwettqu l-kompiti li ġejjin:

(a) 

iwettqu l-kompiti assenjati lilhom taħt ►M3  it-Titoli VI sa X ◄ ;

(b) 

fuq talba tad-Direttur Eżekuttiv, jipprovdu sostenn tekniku u xjentifiku għal passi sabiex tittejjeb il-koperazzjoni bejn il-Komunità, l-Istati Membri tagħha, l-organizzazzjonijiet internazzjonali u pajjiżi terzi dwar kwistjonijiet xjentifiċi u tekniċi rigward is-sigurtà ta' sustanzi, kif ukoll parteċipazzjoni attiva fl-assistenza teknika u f'attivitajiet ta' l-iżvilupp ta' kapaċitajiet fl-amministrazzjoni tajba ta' sustanzi kimiċi f'pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw;

(ċ) 

fuq it-talba tad-Direttur Eżekuttiv, jippreparaw opinjonijiet dwar kwalunkwe aspett ieħor fir-rigward tas-sigurtà ta' sustanzi waħidhom, f' ►M3  taħlitiet ◄ jew f'oġġetti.

Artikolu 77 4.

Il-Forum għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:

(a) 

ixerred tagħrif dwar prattika tajba u jenfasizza l-problemi fil-livell Komunitarju;

(b) 

jipproponi, jikkoordina u jivvaluta proġetti armonizzati ta' infurzar u ispezzjonijiet konġunti;

(ċ) 

jikkoordina l-iskambju ta' spetturi;

(d) 

jidentifika strateġiji ta' infurzar, kif ukoll l-aħjar prattika fl-infurzar;

(e) 

jiżviluppa metodi ta' ħidma u strumenti għall-użu ta' l-ispetturi lokali;

(f) 

jiżviluppa proċedura ta' skambju elettroniku ta' informazzjoni;

(g) 

iżomm kuntatti ma' l-industrija, filwaqt li jqis b'mod partikolari l-ħtiġijiet speċifiċi ta' l-SMEs, u partijiet interessati oħra, inklużi organizzazzjonijiet internazzjonali relevanti, skond kif ikun meħtieġ;

(h) 

jeżamina proposti għal restrizzjonijiet bil-ħsieb li jagħti l-pariri tiegħu dwar l-infurzabbiltà.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1907
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.