|
+Artikolu 83 3. |
Artikolu 83 3.Kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta dan li ġej lill-Bord ta' Tmexxija għall-approvazzjoni:
(a)
abbozz ta' rapport li jkopri l-attivitajiet ta' l-Aġenzija fis-sena preċedenti, inkluża informazzjoni dwar in-numru ta' dossiers tar-reġistrazzjoni riċevuti, in-numru tas-sustanzi valutati, in-numru ta' l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni riċevuti, in-numru ta' proposti għal restrizzjonijiet riċevuti mill-Aġenzija u li dwarhom ingħatat opinjoni, il-ħin meħud għat-tlestija tal-proċeduri assoċjati, u s-sustanzi awtorizzati, id-dossiers miċħuda, is-sustanzi ristretti; l-ilmenti riċevuti u l-azzjoni meħuda; rijassunt ta' l-attivitajiet tal-Forum;
(b)
abbozz tal-programm ta' ħidma għas-sena li tmiss;
(ċ)
l-abbozz tal-kontijiet annwali;
(d)
l-abbozz ta' l-estimi finanzjarji għas-sena li ġejja;
(e)
abbozz ta' programm ta' ħidma pluriennali. Id-Direttur Eżekuttiv, wara l-approvazzjoni mill-Bord ta' Tmexxija, għandu jressaq il-programm ta' ħidma għas-sena li tkun ġejja u l-programm ta' ħidma pluriennali lill-Istati Membri, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u għandu jippubblikahom. Id-Direttur Eżekuttiv, wara l-approvazzjoni mill-Bord ta' Tmexxija, għandu jressaq ir-rapport ġenerali ta' l-Aġenzija lill-Istati Membri, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Qorti ta' l-Awdituri, u għandu jippubblikah. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|