+Artikolu 83 Id-dmirijiet u s-setgħat tad-Direttur Eżekuttiv
---+Artikolu 83 1.
---+Artikolu 83 2.
---+Artikolu 83 3.
|
Artikolu 83 Id-dmirijiet u s-setgħat tad-Direttur Eżekuttiv
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 83 1.
|
L-Aġenzija għandha titmexxa mid-Direttur Eżekuttiv tagħha, li għandu jwettaq id-dmirijiet tiegħu fl-intererssi tal-Komunità, u indipendentement minn kwalunkwe interess speċifiku.
|
|
Artikolu 83 2.
|
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ir-rappreżentant legali ta' l-Aġenzija. Huwa għandu jkun responsabbli:
(a)
mill-amministrazzjoni ta' kuljum ta' l-Aġenzija;
(b)
mit-tmexxija tar-riżorsi kollha ta' l-Aġenzija li jkunu neċessarji sabiex din twettaq il-kompiti tagħha;
(ċ)
sabiex jiżgura li jkun hemm konformità mill-Aġenzija mal-limiti ta' żmien stabbiliti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja għall-adozzjoni ta' l-opinjonijiet;
(d)
sabiex jiżgura koordinazzjoni adegwata u f'waqtha bejn il-Kumitati u l-Forum;
(e)
sabiex jikkonkludi u jamministra kuntratti meħtieġa ma' fornituri tas-servizz;
(f)
mill-preparazzjoni tal-prospett tad-dħul u ta' l-infiq u l-implementazzjoni tal-budget ta' l-Aġenzija skond l-Artikoli 96 u 97;
(g)
minn kull kwistjoni tal-persunal;
(h)
sabiex jipprovdi s-segretarjat għall-Bord ta' Tmexxija;
(i)
sabiex jipprepara l-abbozzi ta' l-opinjonijiet tal-Bord ta' Tmexxija dwar ir-regoli ta' proċedura proposti tal-Kumitati u tal-Forum;
(j)
sabiex jagħmel arranġamenti, fuq talba mill-Bord ta' Tmexxija, għall-eżekuzzjoni ta' kwalunkwe funzjoni ulterjuri (li taqa' taħt fl-ambitu ta' l-Artikolu 77) assenjata lill-Aġenzija b'delegazzjoni mill-Kummissjoni;
(k)
sabiex jistabbilixxi u jżomm djalogu regolari mal-Parlament Ewropew;
(l)
sabiex jiddetermina t-termini u l-kondizzjonijiet għall-użu ta' pakketti tas-software;
(m)
sabiex tiġi rettifikata deċiżjoni magħmula mill-Aġenzija konsegwentement għal appell u wara li jiġi kkonsultat il-President tal-Bord ta' l-Appell.
|
|
Artikolu 83 3.
|
Kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta dan li ġej lill-Bord ta' Tmexxija għall-approvazzjoni:
(a)
abbozz ta' rapport li jkopri l-attivitajiet ta' l-Aġenzija fis-sena preċedenti, inkluża informazzjoni dwar in-numru ta' dossiers tar-reġistrazzjoni riċevuti, in-numru tas-sustanzi valutati, in-numru ta' l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni riċevuti, in-numru ta' proposti għal restrizzjonijiet riċevuti mill-Aġenzija u li dwarhom ingħatat opinjoni, il-ħin meħud għat-tlestija tal-proċeduri assoċjati, u s-sustanzi awtorizzati, id-dossiers miċħuda, is-sustanzi ristretti; l-ilmenti riċevuti u l-azzjoni meħuda; rijassunt ta' l-attivitajiet tal-Forum;
(b)
abbozz tal-programm ta' ħidma għas-sena li tmiss;
(ċ)
l-abbozz tal-kontijiet annwali;
(d)
l-abbozz ta' l-estimi finanzjarji għas-sena li ġejja;
(e)
abbozz ta' programm ta' ħidma pluriennali.
Id-Direttur Eżekuttiv, wara l-approvazzjoni mill-Bord ta' Tmexxija, għandu jressaq il-programm ta' ħidma għas-sena li tkun ġejja u l-programm ta' ħidma pluriennali lill-Istati Membri, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u għandu jippubblikahom. Id-Direttur Eżekuttiv, wara l-approvazzjoni mill-Bord ta' Tmexxija, għandu jressaq ir-rapport ġenerali ta' l-Aġenzija lill-Istati Membri, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Qorti ta' l-Awdituri, u għandu jippubblikah.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1907
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|