+Artikolu 90 Il-Membri tal-Bord ta' l-Appell
---+Artikolu 90 1.
---+Artikolu 90 2.
---+Artikolu 90 3.
---+Artikolu 90 4.
---+Artikolu 90 5.
---+Artikolu 90 6.
---+Artikolu 90 7.

Artikolu 90 Il-Membri tal-Bord ta' l-Appell

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 90 1.
Il-mandat tal-membri tal-Bord ta' l-Appell, anke dak tal-President u tas-supplenti, għandhom ikunu ta' 5 snin. Dan jista' jittawwal darba.
Artikolu 90 2.
Il-Membri tal-Bord ta' l-Appell għandhom ikunu indipendenti. Meta jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom huma m'għandhom ikunu marbuta b'ebda istruzzjoni.
Artikolu 90 3.
Il-membri tal-Bord ta' l-Appell ma jistgħu jwettqu ebda dmir ieħor fl-Aġenzija.
Artikolu 90 4.
Il-membri tal-Bord ta' l-Appell ma jistgħux jitneħħew mill-uffiċċju jew mill-lista matul il-mandat rispettiv tagħhom, għajr jekk ikun hemm raġunijiet serji għal tali tneħħija u l-Kummissjoni, wara li tikseb l-opinjoni tal-Bord ta' Tmexxija, tieħu din id-deċiżjoni.
Artikolu 90 5.
Il-Membri tal-Bord ta' l-Appell ma jistgħu jieħdu sehem fl-ebda proċedimenti ta' appell jekk ikollhom xi interess personali fihom, jew jekk qabel kienu involuti bħala rappreżentanti ta' waħda mill-partijiet fil-proċedimenti, jew jekk ipparteċipaw fid-deċiżjoni appellata.
Artikolu 90 6.
Jekk membru tal-Bord ta' l-Appell iqis għar-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 5 li huwa m'għandux jieħu sehem fi proċediment speċifiku ta' appell, huwa għandu javża lill-Bord ta' l-Appell b'dan. Tista' ssir oġġezzjoni għall-Membri tal-Bord minn kwalunkwe parti fil-proċedimenti ta' appell fuq kwalunkwe waħda mir-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 5, jew abbażi ta' suspett ta' parzjalità. L-ebda oġġezzjoni ma tista' tkun ibbażata fuq iċ-ċittadinanza tal-membri.
Artikolu 90 7.
Il-Bord ta' l-Appell għandu jiddeċiedi dwar l-azzjoni li għandha tittieħed fil-każijiet speċifikati fil-paragrafi 5 u 6 mingħajr il-parteċipazzjoni tal-membri konċernati. Għall-finijiet tat-teħid ta' din id-deċiżjoni, il-membru konċernat għandu jiġi sostitwit fil-Bord ta' l-Appell minn supplenti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1907
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.