+Artikolu 117 Rapportar
---+Artikolu 117 1.
---+Artikolu 117 2.
---+Artikolu 117 3.
---+Artikolu 117 4.

Artikolu 117 Rapportar

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 117 1.
Kull ħames snin, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni rapport dwar il-funzjonament ta' dan ir-Regolament fit-territorji rispettivi tagħhom, inklużi t-Taqsimiet dwar il-valutazzjoni u l-infurzar kif deskritt fl-Artikolu 127.

L-ewwel rapport għandu jiġi preżentat sa l-1 ta' Ġunju 2010.

Artikolu 117 2.
Kull ħames snin, l-Aġenzija għandha tibgħat lill-Kummissjoni rapport dwar it-tħaddim ta' dan ir-Regolament. Fir-rapport tagħha l-Aġenzija għandha tinkludi informazzjoni dwar il-preżentazzjoni konġunta ta' informazzjoni skond l-Artikolu 11 u rijassunt ta' l-ispjegazzjonijiet mogħtija sabiex saret preżentazzjoni separata ta' l-informazzjoni.

L-ewwel rapport għandu jiġi preżentat sa l-1 ta' Ġunju 2011.

Artikolu 117 3.
Kull tliet snin, l-Aġenzija, skond l-objettiv tal-promozzjoni ta' metodi ta' ttestjar li ma jsirx fuq l-annimali, għandha tippreżenta rapport lill-Kummissjoni dwar l-istatus ta' l-implimentazzjoni u l-użu ta' metodi ta' ttestjar mhux fuq l-annimali u dwar l-strateġiji għall-ittestjar użati sabiex tinkiseb informazzjoni dwar proprjatjiet intrinsiċi u l-istima ta' riskji li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

L-ewwel rapport għandu jiġi preżentat sa l-1 ta' Ġunju 2011.

Artikolu 117 4.

Kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport ġenerali dwar:

(a) 

l-esperjenza miksuba mill-funzjonament ta' dan ir-Regolament, inkluża l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 u 3, u

(b) 

l-ammont u t-tqassim ta' fondi li tkun ipprovdiet il-Kummissjoni għall-iżvilupp u l-valutazzjoni ta' metodi ta' ttestjar alternattiv.

L-ewwel rapport għandu jiġi preżentat sa l-1 ta' Ġunju 2012.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1907
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.