+Artikolu 119 Aċċess pubbliku elettroniku
---+Artikolu 119 1.
---+Artikolu 119 2.
|
Artikolu 119 Aċċess pubbliku elettroniku
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 119 1.
|
L-informazzjoni li ġejja miżmuma mill-Aġenzija dwar sustanzi kemm jekk waħidhom, f'
►M3
taħlita ◄ jew f'oġġetti, għandha tkun disponibbli għall-pubbliku, mingħajr ħlas, fuq l-Internet skond l-Artikolu 77(2)(e):
▼M3
(a)
mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2(f) u (g) ta' dan l-Artikolu, l-isem fin-nomenklatura IUPAC għas-sustanzi li jissodisfaw il-kriterji għal kwalunkwe waħda mill-klassijiet jew il-kategoriji ta' periklu li ġejjin huwa mniżżel fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008:
—
klassijiet ta' periklu 2.1 sa 2.4, 2.6 u 2.7, 2.8 tipi A u B, 2.9, 2.10, 2.12, 2.13 kategoriji 1 u 2, 2.14 kategoriji 1 u 2, 2.15 tipi A sa F;
—
klassijiet ta' periklu 3.1 sa 3.6, 3.7 effetti negattivi fuq il-funzjonament sesswali u l-fertilità jew fuq l-iżvilupp, 3.8 effetti oħra barra effetti narkotiċi, 3.9 u 3.10;
▼C1
(b)
jekk applikabbli, l-isem tas-sustanza kif mogħti fl-EINECs;
(ċ)
il-klassifikazzjoni u l-ittikkettar tas-sustanza;
(d)
data fiżikokimika dwar is-sustanza u dwar il-passaġġi, u d-destin, tagħha fl-ambjent;
(e)
ir-riżultat ta' kull studju tossikoloġiku u ekotossikoloġiku;
(f)
kwalunkwe livell ta' l-ebda effett derivat (DNEL) jew konċentrazzjoni ta' bla effett previst (PNEC) stabbiliti skond l-Anness I;
(g)
l-istruzzjonijiet ta' gwida dwar is-sigurtà fl-użu kif previst skond it-Taqsima 4 u 5 ta' l-Anness VI;
(h)
metodi analitiċi jekk mitluba skond l-Anness IX jew X li jagħmlu possibbli l-iskoperta ta' sustanza perikoluża meta mormija fl-ambjent kif ukoll id-determinazzjoni ta' l-espożizzjoni diretta għall-bniedem.
|
|
Artikolu 119 2.
|
L-informazzjoni li ġejja dwar sustanzi kemm jekk waħedhom, fi
►M3
taħlita ◄ jew f'oġġetti, għandha tkun disponibbli għall-pubbliku, mingħajr ħlas, fuq l-Internet skond l-Artikolu 77(2)(e) ħlief fejn parti li tippreżenta l-informazzjoni tippreżenta ġustifikazzjoni skond l-Artikolu 10(a)(xi), aċċettata bħala valida mill-Aġenzija, dwar ir-raġuni għaliex tali pubblikazzjoni tkun potenzjalment ta' ħsara għall-interessi kummerċjali tar-reġistrant jew għal kwalunkwe parti oħra konċernata:
(a)
jekk essenzjali għall-klassifikazzjoni u l-ittikkettar, il-grad ta' purezza tas-sustanza u l-identità ta' l-impuritajiet u/jew l-addittivi li jkunu magħrufin bħala perikolużi;
(b)
it-total ta' medda ta' tunnellaġġ (jiġifieri, tunnellata metrika waħda sa għaxar tunnellati metriċi, għaxar tunnellati metriċi sa mitt tunnellata metrika, mitt tunnellata metrika sa elf tunnellata metrika jew aktar minn elf tunnellata metrika) li fihom sustanza partikolari tkun ġiet reġistrata;
(ċ)
is-sommarji ta' l-istudju jew is-sommarji robusti ta' l-istudju ta' l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1(d) u (e);
(d)
l-informazzjoni, minbarra dik elenkata fil-paragrafu 1, li tinsab fl-iskeda ta' data ta' sigurtà;
(e)
l-isem/ismijiet kummerċjali tas-sustanza;
▼M3
(f)
soġġett għall-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, l-isem fin-nomenklatura IUPAC għal sustanzi li mhumiex ta' introduzzjoni gradwali msemmija fil-paragrafu 1(a) ta' dan l-Artikolu għal perijodu ta' sitt snin;
(g)
soġġett għall-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, l-isem fin-nomenklatura IUPAC għas-sustanzi msemmija fil-paragrafu 1(a) ta' dan l-Artikolu li huma użati biss bħala wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
▼C1
(i)
bħala sustanzi intermedji;
(ii)
għall-użu tar-riċerka xjentifika u l-izvilupp;
(iii)
għal riċerka u żvilupp orjentati lejn prodotti u proċessi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1907
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|