|
+Artikolu 119 1. |
Artikolu 119 1.L-informazzjoni li ġejja miżmuma mill-Aġenzija dwar sustanzi kemm jekk waħidhom, f' ►M3 taħlita ◄ jew f'oġġetti, għandha tkun disponibbli għall-pubbliku, mingħajr ħlas, fuq l-Internet skond l-Artikolu 77(2)(e):
(a)
mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2(f) u (g) ta' dan l-Artikolu, l-isem fin-nomenklatura IUPAC għas-sustanzi li jissodisfaw il-kriterji għal kwalunkwe waħda mill-klassijiet jew il-kategoriji ta' periklu li ġejjin huwa mniżżel fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008:
—
klassijiet ta' periklu 2.1 sa 2.4, 2.6 u 2.7, 2.8 tipi A u B, 2.9, 2.10, 2.12, 2.13 kategoriji 1 u 2, 2.14 kategoriji 1 u 2, 2.15 tipi A sa F;
—
klassijiet ta' periklu 3.1 sa 3.6, 3.7 effetti negattivi fuq il-funzjonament sesswali u l-fertilità jew fuq l-iżvilupp, 3.8 effetti oħra barra effetti narkotiċi, 3.9 u 3.10;
—
klassi ta' periklu 4.1;
—
klassi ta' periklu 5.1.
(b)
jekk applikabbli, l-isem tas-sustanza kif mogħti fl-EINECs;
(ċ)
il-klassifikazzjoni u l-ittikkettar tas-sustanza;
(d)
data fiżikokimika dwar is-sustanza u dwar il-passaġġi, u d-destin, tagħha fl-ambjent;
(e)
ir-riżultat ta' kull studju tossikoloġiku u ekotossikoloġiku;
(f)
kwalunkwe livell ta' l-ebda effett derivat (DNEL) jew konċentrazzjoni ta' bla effett previst (PNEC) stabbiliti skond l-Anness I;
(g)
l-istruzzjonijiet ta' gwida dwar is-sigurtà fl-użu kif previst skond it-Taqsima 4 u 5 ta' l-Anness VI;
(h)
metodi analitiċi jekk mitluba skond l-Anness IX jew X li jagħmlu possibbli l-iskoperta ta' sustanza perikoluża meta mormija fl-ambjent kif ukoll id-determinazzjoni ta' l-espożizzjoni diretta għall-bniedem. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|