+Artikolu 129 Dispożizzjoni ta' salvagwardja
---+Artikolu 129 1.
---+Artikolu 129 2.
---+Artikolu 129 3.
---+Artikolu 129 4.
|
Artikolu 129 Dispożizzjoni ta' salvagwardja
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 129 1.
|
Fejn Stat Membru jkollu raġunijiet ġustifikabbli sabiex jemmen li tkun essenzjali azzjoni urġenti sabiex tipproteġi s-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent fir-rigward ta' sustanza, waħidha, f'
►M3
taħlita ◄ jew f'oġġett, anke jekk tissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, dan jista' jieħu l-miżuri provviżorji adegwati. L-Istat Membru għandu jinforma minnufih lill-Kummissjoni, lill-Aġenzija u lill-Istati Membri l-oħrajn b'dan, waqt li jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu u jippreżenta l-informazzjoni xjentifika jew teknika li fuqha l-miżura provviżorja tkun ibbażata
|
|
Artikolu 129 2.
|
Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 133(3) fi żmien 60 jum minn meta tirċievi l-informazzjoni mill-Istat Membru. Id-deċizjoni għandha:
(a)
tawtorizza l-miżura provviżorja għal perjodu ta' żmien definit fid-deċiżjoni; jew
(b)
titlob lill-Istat Membru li jħassar il-mizura provviżorja.
|
|
Artikolu 129 3.
|
Jekk, f'każ ta' deċiżjoni kif imsemmi fil-paragrafu 2(a), il-miżura provviżorja meħuda mill-Istat Membru tikkonsisti f'restrizzjoni tat-tqegħid fis-suq jew ta' l-użu ta' sustanza, l-Istat Membru konċernat għandu jibda l-proċedura Komunitarja ta' restrizzjoni billi jippreżenta lill-Aġenzija dossier, konformement ma' l-Anness XV, fi żmien 3 xhur mid-data tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni.
|
|
Artikolu 129 4.
|
F'każ ta' deċiżjoni kif imsemmi fil-paragrafu 2(b), il-Kummissjoni għandha tqis jekk dan ir-Regolament ikollux bżonn jiġi adattat.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1907
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|